Niftħu l-bibien fi żminijiet ta' kriżi

Aħna nissieħbu mal-komunità tagħna biex noffru akkomodazzjoni f'każ ta' emerġenza, minn diżastri naturali sal-pandemija tal-COVID-19.

Mill-2012 'l hawn, 75,000 persuna sabu post fejn joqogħdu fi żminijiet ta' kriżi.

Madwar id-dinja kollha, il-hosts ta' Airbnb joffru l-għajnuna tagħhom meta l-iktar tkun meħtieġa. Iltaqa' ma' dawk li jagħmlu dil-ħaġa possibbli.

Aħna ngħinu lill-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ oħra jħallu l-impatt tagħhom.

Iltaqa' ma' xi msieħba li għenu biex tissawwar Airbnb.org.

Il-Korp Mediku Internazzjonali

L-IMC toffri servizzi tas-saħħa u servizzi oħra lil dawk milquta mid-diżastri madwar id-dinja u toffri t-taħriġ meħtieġ biex dawk in-nies ikunu jistgħu jerġgħu jqumu fuq saqajhom.

Il-Kumitat Internazzjonali tas-Salvataġġ

L-IRC tagħti l-għajnuna tagħha meta jseħħu l-agħar kriżijiet umanitarji tad-dinja, u tgħin lin-nies li ħajjithom u l-għajxien tagħhom jisfaw fix-xejn minħabba kunflitti u diżastri biex jgħixu, jiġu f'tagħhom u jieħdu lura l-kontroll tal-ġejjieni tagħhom.

HIAS

HIAS hija għaqda mingħajr skop ta' qligħ Lhudija li taħdem madwar id-dinja kollha biex toffri ħarsien u għajnuna lir-refuġjati, lil dawk li qed ifittxu ażil u lil persuni oħra li ġew imġiegħla jħallu djarhom.

Build Change

Build Change hija organizzazzjoni li taħdem biex jiġu evitati d-diżastri u tgħin lil min jintlaqat minnhom billi tibni djar b'saħħithom għall-komunitajiet lokali.

Community Organized Relief Effort

CORE tmexxi t-tħejjija, ir-reazzjoni u l-ħidma ta' salvataġġ f'każijiet ta' diżastru fost il-komunitajiet milquta minn jew vulnerabbli għal xi kriżi.

Is-Soċjetajiet tal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar

L-IRFC, magħmula minn 192 Għaqda Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar, hija l-ikbar għaqda umanitarja fid-dinja u hija impenjata li ssalvja l-ħajjiet u trawwem ir-rispett lejn id-dinjità madwar id-dinja kollha.
Il-logo ta' Airbnb.org
Il-logo ta' Mercy Corps

Flimkien nistgħu nibnu mill-ġdid.

F'Awwissu 2018, sensiela ta' terremoti heżżu l-gżira Indoneżjana ta' Lombok. Il-ħaddiema tal-għajnuna mill-Mercy Corps intbagħtu biex jagħmlu xogħol ta' salvataġġ fiż-żona u sabu komunità li tilqagħhom u post komdu fejn joqogħdu.