Fi żminijiet ta' kriżi, kun Host
Hemm ħtieġa urġenti bħal qatt qabel għal postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza għar-refuġjati li ġejjin mill-Afganistan. Ingħaqad ma' Airbnb.org biex flimkien ngħinu lir-refuġjati Afgani.
Sir af iktar

Niftħu l-bibien fi żminijiet ta' kriżi

Aħna nissieħbu mal-komunità tagħna biex noffru akkomodazzjoni f'każ ta' emerġenza, minn diżastri naturali sal-pandemija tal-COVID-19.

Mill-2012 'l hawn, 75,000 persuna sabu post fejn joqogħdu fi żminijiet ta' kriżi.

Madwar id-dinja kollha, il-hosts ta' Airbnb joffru l-għajnuna tagħhom meta l-iktar tkun meħtieġa. Iltaqa' ma' dawk li jagħmlu dil-ħaġa possibbli.

Kif Carmen u l-komunità tagħna ngħaqdu flimkien wara l-Uragan Maria.

Lill-komunitajiet nagħtuhom mod kif jgħinu lil xulxin meta jseħħ xi diżastru. Permezz tal-programmi ta' Airbnb.org, in-nies jistgħu jiftħu l-bibien ta' djarhom mingħajr ħlas għall-ġirien li għandhom bżonn iħallu djarhom.

Ir-refuġjati u dawk li jfittxu ażil jiltaqgħu ma' ħafna sfidi meta jmorru jgħixu f'pajjiż ġdid. Il-fatt li jkollhom post temporanju u mingħajr ħlas fejn joqogħdu jgħinhom jibdew il-ħajja l-ġdida tagħhom b'moħħhom mistrieħ.

Sir af kif naħdmu ma' msieħba bħal CORE biex ngħinu jingħata aċċess iktar ġust għat-tilqima.

Komunità tista' ddum is-snin biex tirkupra kompletament minn diżastru kbir. Airbnb.org tgħin biex tħallas għall-postijiet fejn joqgħodu l-ħaddiema tal-għajnuna li qed jagħmlu xogħol kritiku biex jerġgħu jinbnew il-komunitajiet.

Noħolqu dinja fejn kulħadd jista' jħossu milqugħ: l-impenn ta' Airbnb.org

Illum, wara 8 snin ta' esperjenzi u lezzjonijiet tal-ħajja, qed inħabbru kif se nimpenjaw ruħna għal iktar diversità, ġustizzja soċjali u inklużjoni.

Aħna ngħinu lill-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ oħra jħallu l-impatt tagħhom.

Iltaqa' ma' xi msieħba li għenu biex tissawwar Airbnb.org.
L-IMC toffri servizzi tas-saħħa u servizzi oħra lil dawk milquta mid-diżastri madwar id-dinja u toffri t-taħriġ meħtieġ biex dawk in-nies ikunu jistgħu jerġgħu jqumu fuq saqajhom.
L-IRC tagħti l-għajnuna tagħha meta jseħħu l-agħar kriżijiet umanitarji tad-dinja, u tgħin lin-nies li ħajjithom u l-għajxien tagħhom jisfaw fix-xejn minħabba kunflitti u diżastri biex jgħixu, jiġu f'tagħhom u jieħdu lura l-kontroll tal-ġejjieni tagħhom.
HIAS hija għaqda mingħajr skop ta' qligħ Lhudija li taħdem madwar id-dinja kollha biex toffri ħarsien u għajnuna lir-refuġjati, lil dawk li qed ifittxu ażil u lil persuni oħra li ġew imġiegħla jħallu djarhom.
Build Change hija organizzazzjoni li taħdem biex jiġu evitati d-diżastri u tgħin lil min jintlaqat minnhom billi tibni djar b'saħħithom għall-komunitajiet lokali.
CORE tmexxi t-tħejjija, ir-reazzjoni u l-ħidma ta' salvataġġ f'każijiet ta' diżastru fost il-komunitajiet milquta minn jew vulnerabbli għal xi kriżi.
L-IRFC, magħmula minn 192 Għaqda Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar, hija l-ikbar għaqda umanitarja fid-dinja u hija impenjata li ssalvja l-ħajjiet u trawwem ir-rispett lejn id-dinjità madwar id-dinja kollha.
Il-logo ta' Airbnb.org
Il-logo ta' Mercy Corps

Flimkien nistgħu nibnu mill-ġdid.

F'Awwissu 2018, sensiela ta' terremoti heżżu l-gżira Indoneżjana ta' Lombok. Il-ħaddiema tal-għajnuna mill-Mercy Corps intbagħtu biex jagħmlu xogħol ta' salvataġġ fiż-żona u sabu komunità li tilqagħhom u post komdu fejn joqogħdu.