Għinna nsibu post fejn toqgħod għall-persuni milquta mit-terremot
Tista' tgħin lill-ħaddiema tal-ewwel għajnuna u lill-persuni milquta mit-terremoti ġewwa t-Turkija u s-Sirja.
Agħti d-donazzjoni tiegħek issa

Niftħu l-bibien fi żminijiet ta' kriżi

Aħna nissieħbu mal-komunità tagħna biex noffru postijiet fejn toqgħod għall-emerġenzi, minn diżastri naturali sa kunflitti kbar.

Mill-2012 'l hawn, iktar minn 250,000 persuna sabu post fejn joqogħdu fi żminijiet ta' kriżi

Madwar id-dinja kollha, il-hosts ta' Airbnb joffru l-għajnuna tagħhom meta l-iktar tkun meħtieġa. Iltaqa' ma' dawk li jagħmlu dil-ħaġa possibbli.

Grazzi għall-komunità dinjija ta' Hosts, donaturi u għaqdiet imsieħba magħna, Airbnb.org setgħet issib postijiet fejn toqgħod bla ħlas għal ftit żmien għal iktar minn 140,000 persuna.

Kif Carmen u l-komunità tagħna ngħaqdu flimkien wara l-Uragan Maria.

Lill-komunitajiet nagħtuhom mod kif jgħinu lil xulxin meta jseħħ xi diżastru. Permezz tal-programmi ta' Airbnb.org, in-nies jistgħu jiftħu l-bibien ta' djarhom mingħajr ħlas għall-ġirien li għandhom bżonn iħallu djarhom.

Airbnb.org għenet 100,000 persuna li ħarbu mill-gwerra biex isibu post fejn joqogħdu.

Komunità tista' ddum is-snin biex tirkupra kompletament minn diżastru kbir. Airbnb.org tgħin biex tħallas għall-postijiet fejn joqgħodu l-ħaddiema tal-għajnuna li qed jagħmlu xogħol kritiku biex jerġgħu jinbnew il-komunitajiet.

Noħolqu dinja fejn kulħadd jista' jħossu milqugħ

Airbnb.org qed taħdem biex ikollna dinja fejn kulħadd jista' jsib post fejn joqgħod komdu fi żmien ta' kriżi. Biex nilħqu l-għan tagħna, Airbnb.org ħolqot sett ta' impenji msejsa fuq il-valuri tad-diversità, il-ġustizzja soċjali, l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà.

Aħna ngħinu lill-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ oħra jħallu l-impatt tagħhom.

Iltaqa' ma' xi msieħba li għenu biex tissawwar Airbnb.org.
L-IRC tagħti l-għajnuna tagħha meta jseħħu l-agħar kriżijiet umanitarji tad-dinja, u tgħin lin-nies li ħajjithom u l-għajxien tagħhom jisfaw fix-xejn minħabba kunflitti u diżastri biex jgħixu, jiġu f'tagħhom u jieħdu lura l-kontroll tal-ġejjieni tagħhom.
Build Change hija organizzazzjoni li taħdem biex jiġu evitati d-diżastri u tgħin lil min jintlaqat minnhom billi tibni djar b'saħħithom għall-komunitajiet lokali.
HIAS hija għaqda mingħajr skop ta' qligħ Lhudija li taħdem madwar id-dinja kollha biex toffri ħarsien u għajnuna lir-refuġjati, lil dawk li qed ifittxu ażil u lil persuni oħra li ġew imġiegħla jħallu djarhom.
Community Sponsorship Hub toħloq opportunitajiet għall-komunitajiet madwar l-Istati Uniti tal-Amerka biex jilqgħu lir-refuġjati u lil nies oħra li kellhom iħallu djarhom.