Niftħu l-bibien fi żminijiet ta' kriżi
Aħna nissieħbu mal-komunità tagħna biex noffru postijiet fejn toqgħod għall-emerġenzi, minn diżastri naturali sa kunflitti kbar.
Mill-2012 'l hawn, iktar minn 250,000 persuna sabu post fejn joqogħdu fi żminijiet ta' kriżi
Grazzi għall-komunità dinjija ta' Hosts, donaturi u għaqdiet imsieħba magħna, Airbnb.org setgħet issib postijiet fejn toqgħod bla ħlas għal ftit żmien għal iktar minn 140,000 persuna.
Kif Carmen u l-komunità tagħna ngħaqdu flimkien wara l-Uragan Maria.
Lill-komunitajiet nagħtuhom mod kif jgħinu lil xulxin meta jseħħ xi diżastru. Permezz tal-programmi ta' Airbnb.org, in-nies jistgħu jiftħu l-bibien ta' djarhom mingħajr ħlas għall-ġirien li għandhom bżonn iħallu djarhom.
Airbnb.org għenet 100,000 persuna li ħarbu mill-gwerra biex isibu post fejn joqogħdu.
Komunità tista' ddum is-snin biex tirkupra kompletament minn diżastru kbir. Airbnb.org tgħin biex tħallas għall-postijiet fejn joqgħodu l-ħaddiema tal-għajnuna li qed jagħmlu xogħol kritiku biex jerġgħu jinbnew il-komunitajiet.
Noħolqu dinja fejn kulħadd jista' jħossu milqugħ
Airbnb.org qed taħdem biex ikollna dinja fejn kulħadd jista' jsib post fejn joqgħod komdu fi żmien ta' kriżi. Biex nilħqu l-għan tagħna, Airbnb.org ħolqot sett ta' impenji msejsa fuq il-valuri tad-diversità, il-ġustizzja soċjali, l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà.