Kull żjara fuq Airbnb issa tgħin biex tingħata akkomodazzjoni ta' emerġenza
Kull darba li toqgħod f'post, Airbnb tagħti donazzjoni ta' $0.10 USD lil Airbnb.org biex tgħin tipprovdi akkomodazzjoni bla ħlas fi żminijiet ta' diżastru, mard jew kriżi. Matul il-5 snin li ġejjin dil-ħaġa se tgħin biex jingħataw $500 miljun USD lil Airbnb.org.
Qalleb il-postijiet fejn toqgħod
Miljun lejl bla ħlas, grazzi għal vjaġġi bħal tiegħek
Miljun lejl bla ħlas,grazzi għal vjaġġi bħal tiegħek
Kull żjara tgħinna nilħqu l-għan tagħna li sal-2030 inkunu qed nipprovdu miljun lejl bla ħlas kull sena.

Inti tlesti żjara
Gawdi l-post fejn toqgħod jew il-lukanda tiegħek. Inti qed tgħin lill-familji fil-bżonn sempliċement billi tivvjaġġa.

Airbnb tagħti donazzjoni
Airbnb tagħti donazzjoni ta' $0.10 USD għal kull żjara lil Airbnb.org biex tgħin tipprovdi akkomodazzjoni ta' emerġenza.

Il-familji joqogħdu bla ħlas
Airbnb.org tħallas għall-akkomodazzjoni, għalhekk in-nies fil-bżonn joqogħdu bla ħlas u l-hosts jitħallsu bħas-soltu.
Akkomodazzjoni ta' emerġenza fejn tħossok qisek id-dar
Airbnb.org tipprovdi postijiet fejn toqgħod għal żmien qasir ġewwa postijiet fejn toqgħod xierqa biex tgħin lin-nies li kellhom iħallu djarhom minħabba diżastru, li qed jivvjaġġaw biex jirċievu kura medika jew li jkunu għaddejjin minn kriżijiet oħra.
1 minn 1 paġni
Niftħu l-bibien f'iktar minn 135 pajjiż
Mill-2020 'l hawn, Airbnb.org ipprovdiet 1.6 miljun lejl ta' akkomodazzjoni ta' emerġenza.

Storja wara kull żjara
Isma' x'għandhom xi jgħidu n-nies li Airbnb.org laqgħet minn madwar id-dinja.
Ara l-istejjer kollha1 minn 1 paġni
Iktar modi kif tgħin
Iż-żjara tiegħek tgħin lil Airbnb.org tipprovdi akkomodazzjoni lin-nies fil-bżonn. Jekk tista' tagħmel ftit iktar, għandek diversi għażliet.
1 minn 1 paġni
Mistoqsijiet komuni
B'liema mod żjara fuq Airbnb tgħin lil Airbnb.org?
Airbnb tagħti donazzjoni ta' $0.10 USD mid-dħul tagħha minn kull żjara lil Airbnb.org, għaqda mingħajr skop ta' qligħ bbażata fl-Istati Uniti, biex tgħinha twettaq l-għan karitatevoli tagħha li tipprovdi akkomodazzjoni ta' emerġenza bla ħlas lin-nies milquta minn diżastru, mard jew kriżi. Dil-ħaġa ma taffettwax il-prezz li jħallsu l-klijenti jew id-dħul li jaqilgħu l-hosts.Dan il-mudell il-ġdid ta' finanzjament marbut ma' kull żjara jgħin biex jingħataw $500 miljun lil Airbnb.org matul il-ħames snin li ġejjin u b'hekk jgħin għall-għan ta' Airbnb.org li sal-2030 tipprovdi miljun lejl ta' akkomodazzjoni ta' emerġenza bla ħlas kull sena.Dan huwa kif id-donazzjonijiet ta' Airbnb jaħdmu:
- Airbnb tagħti donazzjoni ta' $0.10 USD għal kull żjara li titlesta lil Airbnb.org.
- Airbnb tagħti donazzjoni għaż-żjarat li jkunu saru, mhux għaż-żjarat li jkunu ġew ikkanċellati qabel iċ-checkin.
- Airbnb ma tagħtix donazzjoni għall-bookings ta' esperjenzi jew servizzi.
- Id-donazzjonijiet ta' Airbnb lil Airbnb.org jingħataw bħala kontribuzzjonijiet diretti u fi flus matul is-sena kollha biex jgħinu u jappoġġjaw il-ħidma karitatevoli ta' Airbnb.org.
- Id-donazzjonijiet mingħand Airbnb jagħmlu tajjeb għan-nefqiet tal-ħidma ta' Airbnb.org u għall-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza, għalhekk id-donazzjonijiet kollha mingħand il-pubbliku jiffinanzjaw il-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza.
- Dawn id-donazzjonijiet huma minn Airbnb u l-ebda parti mill-pagament tiegħek għal post fejn toqgħod ma tista' titnaqqas mit-taxxa bħala kontribuzzjoni karitatevoli.
- Dawn id-donazzjonijiet ta' Airbnb se jibdew fit-28 ta' Ottubru 2026 u se jsiru fuq bażi kontinwa.
- Airbnb jew Airbnb.org jistgħu jibdlu jew iwaqqfu dan il-mudell ta' finanzjament fi kwalunkwe ħin.
X'inhi r-rabta bejn Airbnb u Airbnb.org?
Airbnb.org hija għaqda karitatevoli separata u indipendenti li twaqqfet minn Airbnb fl-2020 biex tipprovdi akkomodazzjoni ta' emerġenza bla ħlas lin-nies li kellhom iħallu djarhom minħabba diżastru, li jkunu qed jivvjaġġaw għall-kura medika jew minħabba kriżijiet oħra. Airbnb.org hija għaqda mingħajr skop ta' qligħ 501(c)(3) irreġistrata ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka.
Airbnb.org meta se tilħaq l-għan tagħha ta' miljun lejl fis-sena?
Airbnb.org għandha l-għan li tipprovdi miljun lejl ta' akkomodazzjoni ta' emerġenza bla ħlas kull sena u b'hekk iżżid l-għajnuna b'mod mgħaġġel għan-nies milquta minn diżastru, marda jew kriżi.Bid-donazzjonijiet ta' Airbnb lil Airbnb.org għal kull żjara u bl-għajnuna addizzjonali mingħand Airbnb u mingħand donaturi oħra li flimkien jammontaw għal $500 miljun USD, qed nimmiraw li nilħqu dal-għan sal-2030.
Airbnb.org, Inc. hija għaqda mingħajr skop ta' qligħ 501(c)(3) irreġistrata ġewwa l-Istati Uniti (EIN: 83-3135259). Hija organizzazzjoni separata u indipendenti minn Airbnb, Inc. u mill-kumpaniji affiljati magħha. Il-post tan-negozju ewlieni u l-indirizz ta' Airbnb.org huma 888 Brannan Street, San Francisco, CA 94103, l-Istati Uniti tal-Amerka. Is-sit web tagħha huwa airbnb.org u n-numru tat-telefown tagħha huwa (415) 728-0108.California: Airbnb tagħti donazzjonijiet lil Airbnb.org għal kull żjara darba kull tliet xhur.New Jersey: L-informazzjoni ppreżentata lill-Avukat Ġenerali dwar dit-talba għas-solleċitazzjonijiet tal-karità u l-perċentwal tad-donazzjonijiet li l-għaqda karitatevoli rċeviet matul l-aħħar perjodu tar-rappurtar li kienu ddedikati għall-għan karitatevoli jistgħu jinkisbu mingħand l-Avukat Ġenerali tal-Istat ta' New Jersey billi ċċempel fuq 973-504-6215 u huma disponibbli fuq l-Internet fuq http://www.state.nj.us/lps/ca/charfrm.htm. Ir-reġistrazzjoni mal-Avukat Ġenerali ma tfissirx approvazzjoni.New York: Tista' titlob kopja tal-aħħar rapport finanzjarju li Airbnb.org ressqet lill-Avukat Ġenerali tal-Istat ta' New York mingħand Airbnb.org fuq notices@airbnb.org jew mingħand l-Uffiċċju tal-Benefiċjenza tal-Avukat Ġenerali tal-Istat ta' New York, 28 Liberty Street, New York, NY 10005. Ikseb l-informazzjoni dwar l-għaqdiet karitatevoli minn www.charitiesnys.com jew billi ċċempel fuq (212) 416-8401. Airbnb.org tagħti għotjiet lil għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ oħra.Washington: Airbnb.org hija rreġistrata mas-Segretarju tal-Istat ta' Washington kif meħtieġ mil-Liġi dwar it-Talbiet għas-Solleċitazzjonijiet tal-Karità. L-informazzjoni hija disponibbli mingħand is-Segretarju tal-Istat ta' Washington fuq www.sos.wa.gov/charities jew fuq 1-800-332-4483.











