Għajnuna għall-Uragan Isaias
Għin biex tiġi pprovduta akkomodazzjoni ta' emerġenza mingħajr ħlas lin-nies milquta mill-Uragan Isaias u kriżijiet oħra.
Agħti donazzjoniGħajnuna għall-Uragan Isaias
Għin biex tiġi pprovduta akkomodazzjoni ta' emerġenza mingħajr ħlas lin-nies milquta mill-Uragan Isaias u kriżijiet oħra.
Agħti donazzjoni
Kif qed nirreaġixxu
Airbnb.org, għaqda mingħajr skop ta' qligħ imwaqqfa minn Airbnb biex tipprovdi akkomodazzjoni ta' emerġenza fi żminijiet ta' kriżi, qed tissieħeb ma' għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ lokali u ma' uffiċjali tal-gvern biex tipprovdi akkomodazzjoni ta' emerġenza mingħajr ħlas lir-residenti li kellhom iħallu djarhom u lill-ħaddiema tal-ewwel għajnuna.Airbnb.org qed tissieħeb ma' Inform Florida u man-netwerk 211 ta' Florida, flimkien ma' United Way of Southeast Louisiana u ma' imsieħba komunitarji oħra madwar ir-reġjun tal-Kosta tal-Golf, biex tipprovdi akkomodazzjoni ta' emerġenza mingħajr ħlas lir-residenti li djarhom mhux tajbin biex jgħixu fihom jew li qed jgħixu f'żoni li għandhom ordnijiet ta' evakwazzjoni obbligatorja.Fil-Florida, ir-residenti li jgħixu f'żoni li għandhom ordnijiet ta' evakwazzjoni obbligatorja jistgħu jitolbu għall-għajnuna billi jċemplu fuq 211, li se jiddetermina l-eliġibbiltà tagħhom.F'Louisiana, ir-residenti jistgħu jitolbu għall-għajnuna billi jċemplu fuq 211, li se jiddetermina l-eliġibbiltà tagħhom.Billi d-donazzjonijiet lil Airbnb.org jintużaw biex jitħallsu l-postijiet fejn toqgħod, in-nies fil-bżonn joqogħdu fihom mingħajr ħlas.
Kif tgħin

Agħti donazzjoni
Id-donazzjoni tiegħek se tintuża kollha kemm hi biex tkopri l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni ta' emerġenza għan-nies milquta mill-Uragan Isaias u kriżijiet oħra.
Mistoqsijiet Komuni
Kif nista' nikseb post fejn toqgħod ta' emerġenza mingħand Airbnb.org?
Bħalissa Airbnb.org mhix taċċetta talbiet għall-booking ġejjin direttament min-nies li qed jitolbu għajnuna minħabba emerġenza. Minflok, Airbnb.org se taħdem ma' aġenziji tal-gvern u l-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ imsieħba magħna biex insibu n-nies li jeħtieġu postijiet fejn joqogħdu ta' emerġenza. Sir af iktar
Min hu eliġibbli biex jibbukkja post fejn joqgħod fuq Airbnb.org?
Nista' ntella' l-post fejn toqgħod tiegħi bil-prezz li nixtieq għall-klijenti fuq Airbnb u bla ħlas jew bi prezz imraħħas fuq Airbnb.org waqt l-emerġenzi?
Iva. Il-post tiegħek se jkollu kalendarju wieħed għalhekk il-bookings mhux se jkunu jistgħu jidħlu f'xulxin.
Kif nista' nkun naf jekk booking ġiex minn Airbnb.org?
Waqt il-booking, ngħarrfu lill-host jekk talba għall-booking tkunx żjara ta' emerġenza ġejja minn Airbnb.org.
X'jiġri meta tintemm iż-żjara tan-nies fil-bżonn?
In-nies fil-bżonn megħjuna minn Airbnb.org mistennija jħallu l-post fil-ħin maqbul muri fid-dettalji tal-booking. Jekk ma jħallux il-post fil-ħin mifthiem, Airbnb għandha tim ta' ħaddiema tal-għajnuna apposta li jieħdu ħsieb jaraw li n-nies iħallu l-post.
Lil min se tgħin id-donazzjoni tiegħi?
Id-donazzjoni tiegħek se tintuża kollha biex tagħmel tajjeb għall-akkomodazzjoni ta' emerġenza.
Sir af iktar dwar l-għajnuniet li tajna
Iltaqa' man-nies milquta mid-diżastri u dawk li għenuhom.




