Għajnuna bħala host
Il-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza permezz ta' Airbnb.org jgħinu lin-nies isibu post fejn joqogħdu għal żmien qasir f'postijiet bħal tiegħek meta jkunu ntlaqtu minn diżastru jew kriżi, bħal meta jkollhom bżonn jivvjaġġaw għal kura medika.

Għaliex li tilqa' n-nies jgħin
Meta ttella' l-post tiegħek fuq Airbnb, dan ikun disponibbli biex jiġi bbukkjat min-nies li jużaw Airbnb.org f'mument ta' bżonn.

Bħal żjara normali
Airbnb.org tħallas għall-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza għall-persuni fil-bżonn, għalhekk il-hosts jitħallsu bħas-soltu.

Ħarsien simili
Iż-żjarat ta' Airbnb.org jaħdmu bħal żjarat oħra fuq Airbnb, b'kontijiet verifikati u AirCover.

Tim tal-għajnuna esklussiv
Meta n-nies fil-bżonn joqogħdu permezz ta' Airbnb.org, il-hosts jiksbu aċċess għal tim tal-għajnuna esklussiv ta' Airbnb.org.
Iktar modi kif tista' tgħin
1 minn 1 paġni
Il-komunità tagħna
Mill-2020 'l hawn, il-hosts minn madwar id-dinja kollha għenu lil Airbnb.org tipprovdi 1.6 miljun lejl ta' akkomodazzjoni ta' emerġenza.
Il-komunità tagħna
Mill-2020 'l hawn, il-hosts minn madwar id-dinja kollha għenu lil Airbnb.org tipprovdi 1.6 miljun lejl ta' akkomodazzjoni ta' emerġenza.

Kif ngħinuk
Kif ngħinuk
1 minn 1 paġni
Riżorsi fuq kif tilqa' n-nies
Riżorsi fuq kif tilqa' n-nies
1 minn 1 paġni
Isma' x'għandhom xi jgħidu hosts bħalek
Ara l-istejjer ta' hosts veri ta' Airbnb.org u n-nies li għenu matul diżastri jew kriżijiet oħra.
1 minn 1 paġni
Mistoqsijiet Komuni tal-Hosts
Xorta se nitħallas għall-klijenti ta' Airbnb.org?
Iva, għaliex ladarba Airbnb.org tħallas għall-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza għall-persuni fil-bżonn, il-hosts jitħallsu bl-istess mod bħal meta jilqgħu n-nies fi kwalunkwe żjara oħra.
Hemm bżonn ta' xi ħaġa oħra għaż-żjarat ta' Airbnb.org?
Lanqas xejn. Il-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza mingħajr ħlas permezz ta' Airbnb.org jgħinu lin-nies isibu post fejn joqogħdu għal żmien qasir f'postijiet bħal tiegħek wara li jkunu ntlaqtu minn diżastru, mard jew sitwazzjonijiet oħra ta' kriżi. Ħafna drabi, hija l-attenzjoni sempliċi li tkun tajt lill-ispazju tiegħek li twassal sabiex tagħti kumdità lil xi ħadd fil-bżonn. M'għandek għalfejn tagħmel xejn iktar għall-klijenti ta' Airbnb.org imma jekk tixtieq tgħin, tista' toffri skont fuq il-listing tiegħek għaż-żjarat ta' emerġenza biss.
Għandi bżonn nirreġistra biex nilqa' n-nies li jibbukkjaw permezz ta' Airbnb.org?
M'hemmx bżonn li tirreġistra. Il-klijenti li jibbukkjaw permezz ta' Airbnb.org fi żminijiet ta' diżastru jew kriżi jistgħu jibbukkjaw kwalunkwe listing fuq Airbnb. Il-klijenti kollha li jibbukkjaw iridu jgħaddu mill-proċess tal-verifika tal-identità ta' Airbnb, l-istess bħal kull żjara ta' Airbnb oħra.
Donazzjoni ta' $110 USD tgħin biex jingħata lejl f'akkomodazzjoni ta' emerġenza.















