Il-missjoni tagħna hi li nisfruttaw il-potenzjal li hemm fil-fatt li wieħed joffri l-ispazju, ir-riżorsi u l-għajnuna tiegħu lil dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli.
Għal iktar minn 8 snin, Airbnb għenet lin-nies fi żminijiet ta' kriżi grazzi għall-inizjattiva Open Homes. Il-kapitlu li jmiss huwa Airbnb.org. Aħna għaqda mingħajr skop ta' qligħ 501(c)(3) b'missjoni u bord tad-diretturi apposta għalina.

Kif bdejna.

2012
Ottubru

L-idea nibtet mingħand host

Il-Belt ta' New York intlaqtet mill-Uragan Sandy, wieħed mill-agħar uragani fl-istorja. Shell, host ta' Airbnb ġewwa Brooklyn, ikkuntattjat lil Airbnb u staqsiet jekk setgħetx toffri l-post tagħha mingħajr ħlas lil persuni li kellhom iħallu djarhom. It-tim ta' Airbnb ħabrek għal sigħat twal biex dil-ħaġa setgħet tkun possibbli malajr għall-persuni li ħallew djarhom u fi ftit żmien iktar minn 1,000 host fetħu djarhom għal dawk fil-bżonn.

Mara b'xagħarha nnukklat bilwieqfa fil-kċina. Qed titbissem u liebsa fardal b'kuluri jgħajtu.
Veduta mill-ajru tal-ħsara li saret lid-djar wara l-Uragan Sandy
2013
Ġunju

Airbnb tagħti l-opportunità lill-hosts jagħtu daqqa t'id

Аіrbnb nеdіеt għоddа għаr‐rеаzzјоnіјіеt għаd‐dіżаѕtrі bіех іl‐Ноѕtѕ mіnn mаdwаr іd‐dіnја kоllhа јkunu јіѕtgħu јіftħu dјаrhоm blа ħlаѕ għаl dаwk mіlqutа mіnn хі dіżаѕtru․

2015
April – Mejju

Il-hosts madwar id-dinja kollha qed jilqgħu lill-ħaddiema tal-għajnuna

Wara t-terremot tan-Nepal, Airbnb ħadmet bl-għajnuna tal-voluntiera ta' All Hands and Hearts biex tgħin lill-hosts jilqgħu lill-ħaddiema tal-għajnuna.

Mejju – Settembru

Airbnb bdiet taħdem mal-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ biex tifhem kif tista' tgħin

Inħolqu sħubijiet mal-Aġenzija Federali għat-Tmexxija f'każijiet ta' Emerġenza (FEMA) biex il-hosts u l-klijenti jirċievu r-riżorsi li jeħtieġu biex iħejju rwieħhom għall-emerġenzi. Fil-Greċja u l-Balkani, Airbnb bdiet taħdem mal-Mercy Corps u mal-Kumitat tas-Salvataġġ Internazzjonali biex toffri akkomodazzjoni lill-ħaddiema tal-għajnuna li jinsabu fuq quddiem fil-kriżi tar-refuġjati Sirjani.

Airbnb bdiet toffri wkoll għotjiet biex tkopri l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni lil iktar minn 15-il għaqda li kienu jeħtieġu akkomodazzjoni għall-klijenti jew għall-ħaddiema tagħhom – fosthom Service Year Alliance, Make-a-Wish u Summer Search.

2016
Ġunju

Il-komunità tal-hosts irreaġiet għall-isparatura fin-nightclub Pulse

Fuq talba tal-gvern lokali, Airbnb, Uber u JetBlue bdew jaħdmu flimkien biex joffru akkomodazzjoni, titjiriet u trasport fuq l-art lill-familji li kellhom iżuru l-belt minħabba xi funeral jew biex iżuru l-għeżież tagħhom li kienu jinsabu l-isptar. Din kienet l-ewwel darba li l-komunità tal-hosts offriet li tilqa' n-nies li b'xi mod kienu vittmi tal-isparar tal-massa.

Settembru

Il-White House nediet Sejħa lis-Settur Privat biex jgħin fil-Kriżi Globali tar-Refuġjati. Airbnb wieġbet. Wieħed mill-fundaturi ta' Airbnb, Joe Gebbia, kien fost 20 mexxejja ta' kumpaniji li ġew mitluba mill-President Obama biex jimpenjaw ruħhom biex jgħinu fil-kriżi tar-refuġjati.

Novembru

Airbnb ssieħbet mal-fundazzjoni Make-a-Wish bl-għan li matul kull jum tal-2017 toffri akkomodazzjoni lil familja li kienet qed tiġi megħjuna mill-fundazzjoni.

2017
Jannar

Airbnb impenjat ruħha li tgħin lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salvataġġ

Wara li nħarġet l-ordni eżekuttiva mill-gvern tal-Istati Uniti biex ma jiġux aċċettati iktar refuġjati u biex ma jitħallewx jidħlu iktar nies minn seba' pajjiżi b'popolazzjoni Musulmana, Airbnb impenjat ruħha li tkompli toffri akkomodazzjoni lil dawk li ntlaqtu minn dil-ordni. Għalhekk Airbnb impenjat ruħha wkoll li għall-4 snin li ġejjin tagħti $4 miljun USD lill-Kumitat ta' Salvataġġ Internazzjonali (International Rescue Committee) ħalli tgħin biex tinstab akkomodazzjoni għan-nies li kellhom iħallu djarhom.

Ġunju

Airbnb nediet uffiċjalment il-programm Open Homes

Fil-Jum Dinji tar-Refuġjati, Airbnb ħabbret li se tirdoppja l-impenn tagħha li tilqa' n-nies permezz ta' Open Homes. Il-programm ta lill-komunità tal-hosts l-opportunità li joffru djarhom bla ħlas lil dawk in-nies milquta minn xi diżastru jew li qed jaħarbu minn sitwazzjoni ta' gwerra.

Awwissu – Settembru

Sal-lum il-komunità għenet iktar minn 20,000 persuna

Il-komunità ta' Open Homes għenet lill-vittmi ta' 4 diżastri fl-istess perjodu. L-Uragan Harvey kien l-iktar avveniment li wera s-solidarjetà tal-komunità tal-hosts. F'xahar wieħed biss, il-hosts għenu lil iktar minn 2,000 persuna minn 3 stati li kellhom iħallu djarhom. Fl-istess waqt, il-hosts feħtu l-bibien ta' djarhom għal dawk li ntlaqtu mill-Uragan Irma, mill-Uragan Maria u mit-terremot li laqat il-Belt tal-Messiku.

2018
Settembru

Airbnb ħabbret inizjattiva ta' żjarat mediċi

Matul il-Biden Cancer Summit, Airbnb ħabbret inizjattiva għaż-żjarat mediċi bi sħab ma' Hospitality Homes, Fisher House u Make-A-Wish. Permezz tagħha, il-komunità ta' Open Homes se toffri postijiet fejn toqgħod bla ħlas lil dawk li qed jivvjaġġaw distanzi twal għall-kura medika.

Novembru

Il-hosts wieġbu għas-sejħa għall-għajnuna fil-każ ta' żewġ nirien ġewwa California

Wara n-nirien Camp u Woolsey ġewwa California, iktar minn 2,500 host fetħu djarhom u iktar minn 2,300 persuna sabu post fejn joqogħdu.

2019
Mejju

Airbnb toffri mod kif il-hosts jistgħu jagħtu donazzjoni biex jgħinu lil Open Homes

Il-hosts riedu iktar modi kif jagħtu sehemhom fil-programm Open Homes. Għalhekk Airbnb nediet pjattaforma għad-donazzjonijiet li tħalli lill-hosts jagħtu parti mid-dħul tagħhom lill-imsieħba mingħajr skop ta' qligħ ta' Open Homes biex dawn ikunu jistgħu jħallsu għaż-żjarat ta' dawk li jiġu bżonnhom.

2020
Jannar

Il-hosts offrew kenn lil iktar minn 1,000 persuna ġewwa New South Wales u Victoria li sfaw milquta min-nirien li ħakmu lill-Awstralja. Din kienet l-ikbar inizjattiva internazzjonali li qatt ġiet organizzata minn Open Homes.

Marzu

Il-komunità tal-hosts tirreaġixxi għall-pandemija tal-COVID-19

Airbnb qed tħabbar mod kif il-hosts jistgħu joffru akkomodazzjoni lill-ħaddiema tas-saħħa u lill-ħaddiema tal-ewwel għajnuna li jinsabu fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-pandemija.

April

Airbnb qed tkabbar il-pjattaforma għall-għotjiet tagħha biex issa kulħadd jista' jagħti donazzjoni lil għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ li jgħinu lill-ħaddiema tal-għajnuna biex isibu post fejn joqogħdu.

Diċembru

Airbnb ħabbret Airbnb.org

Airbnb waqqfet Airbnb.org biex tippremja l-kontribut li l-hosts u l-imsieħba kollha tagħha taw lill-programm Open Homes. Bħala għaqda indipendenti mingħajr skop ta' qligħ, l-għan ta' Airbnb.org se jkun li tgħin lin-nies jaqsmu djarhom u r-riżorsi tagħhom fi żminijiet ta' kriżi.

2021
April

Id-diversità, il-ġustizzja u l-inklużjoni huma l-qofol tal-ħidma tagħna

Biex tgħin tinħoloq dinja fejn kulħadd jista' jħossu d-dar kullimkien, Airbnb.org tħabbar numru ta' inizjattivi bl-għan li twassal għal iktar diversità, ġustizzja u inklużjoni.

Awwissu

Airbnb.org tagħti merħba kbira lir-refuġjati Afgani

Airbnb.org timpenja ruħha li toffri akkomodazzjoni temporanja madwar id-dinja kollha lil 20,000 refuġjat Afgan. L-ispejjeż jagħmlu tajjeb għalihom donaturi kbar kif ukoll Airbnb. Airbnb.org taħdem mill-qrib mal-aġenziji u l-imsieħba tagħha li jaħdmu biex isibu postijiet fejn in-nies fil-bżonn ikunu jistgħu joqogħdu biex jaddattaw malajr skont il-ħtiġijiet.

Diċembru

Airbnb.org laħqet għan ewlieni billi laqgħet 100,000 persuna fil-bżonn

Fl-2017, it-tim li mbagħad sar Airbnb.org iddeċieda li jipprova jilħaq l-għan li joffri akkomodazzjoni temporanja lil 100,000 persuna fil-bżonn li jkunu ġew milquta minn kriżi. Sa Diċembru 2021, Airbnb.org laħqet u marret lil hinn minn dak l-għan.

2022
Frar

20,000 refuġjat Afgan irċevew akkomodazzjoni temporanja bla ħlas

Sitt xhur wara li ħabbret l-impenn tagħha li toffri post fejn toqgħod temporanju bla ħlas lir-refuġjati Afgani, Airbnb.org laħqet l-għan tagħha li toffri post fejn joqogħdu lil 20,000 refuġjat. Grazzi għall-ġenerożità tal-Hosts li joffru li jaqsmu djarhom bla ħlas jew bi prezz imraħħas, Airbnb tista' toffri post fejn jistgħu joqogħdu 1,300 refuġjat Afgan ieħor.
Settembru

Airbnb.org għenet issib post fejn toqgħod għal 100,000 persuna li ħarbu mill-Ukrajna

Wаrа lі r‐Ruѕѕја іnvаdіеt l‐Ukrајnа fі Frаr tаl‐2022‚ іktаr mіnn 6 mіlјun реrѕunа ħаrbu mіll‐рајјіż․ Dаk іх‐хаhаr ѕtеѕѕ‚ Аіrbnb․оrg іmреnјаt ruħhа lі ѕѕіb роѕt fејn tоqgħоd tеmроrаnјu għаl 100‚000 rеfuġјаt—u іktаr mіnn 40 għаqdа għеnunа nwеttqu dаl‐іmреnn. Віѕ‐ѕаħħа tаl‐għајnunа lі rċеvејnа mіngħаnd іl‐Ноѕtѕ u d‐dоnаturі mіnn mаdwаr іd‐dіnја‚ Аіrbnb․оrg lаħqеt l‐għаn tаgħhа fі żmіеn ѕіtt хhur u ѕаl‐lum għаdhа іmреnјаtа lі ѕѕіb іktаr роѕtіјіеt fејn јіѕtgħu јоqоgħdu n‐nіеѕ lі јkunu ħаrbu mіll‐Ukrајnа․
Raġel liebes qmis kaħlanija, bilwieqfa fil-gallarija tiegħu b'magg tal-kafè f'idu, qed iħares lejn ix-xefaq.
Raġel liebes qmis kaħla, bilqiegħda kokka ħdejn, qed jiftaħ katnazz forma ta' U.
2023
Frar

Airbnb.org tgħin lill-vittmi tat-terremoti ġewwa t-Turkija u s-Sirja

Wаrа lі t‐Тurkіја u ѕ‐Ѕіrја ntlаqtu mіnn żеwġ tеrrеmоtі kbаr tа' ѕkаlа 7+‚ Аіrbnb․оrg sabet роѕtіјіеt fејn toqgħod blа ħlаѕ għal іktаr mіnn 1‚600 vіttmа lі ѕkаnѕаw іl‐mеwt‚ fоѕthоm іl‐ħаddіеmа tаl‐għајnunа u l‐ħаddіеmа tаl‐еwwеl għајnunа lі tіlfu dјаrhоm u r‐rеfuġјаtі Ѕіrјаnі lі kіеnu bdеw ħајја ġdіdа fіn‐nоfѕіnhаr tаt‐Тurkіја wаrа lі ħаrbu mіll‐gwеrrа tа' рајјіżhоm․
Тnејn mіn‐nіеѕ bіlqіеgħdа fuq ѕufаn‚ qеd јіѕtrіеħu fuq хulхіn․ Mill-purtieri ta' warajhom dieħel id-dawl tax-xemx.
Raġel, mara u tifla qed jaqraw flimkien fuq is-sufan. It-tifla qed tiekol zunnarija u qed tħares lejn il-mara.
Ġunju

Airbnb.org tħabbar Inizjattiva għall-Għajnuna ġdida

Airbnb.org ħolqot Inizjattiva għall-Għajnuna ta' $2 miljun USD biex tgħin lir-refuġjati u lil dawk li qed ifittxu l-kenn biex jibnu ħajjithom mill-ġdid ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka.
Awwissu

Iktar minn 1,800 persuna milquta min-nirien ġewwa Maui jsibu post fejn joqogħdu ta' emerġenza

Wаrа lі nіrіеn qеrdu Lаhаіnа u раrtіјіеt tаr‐rеġјun tаt‐trаmuntаnа tа' Маuі‚ Аіrbnb․оrg ħаdmеt mа' għаqdіеt fdаtі u mаd‐Dіраrtіmеnt tаѕ‐Ѕеrvіzzі Ѕоċјаlі tаl‐Іѕtаt tа' Наwаі'і bіех іѕѕіb роѕt fејn tоqgħоd blа ħlаѕ għаl іktаr mіnn 1‚800 реrѕunа․
Nies li qegħdin bilwieqfa dawra tond fuq bajja quddiem l-ilma, qed iżommu jdejn xulxin.
Mara qed tiżfen il-ħula taħt strixxa bozoz mixgħulin, qed titbissem. Warajha hemm familja bilqiegħda ma' mejda tal-piknik qed tiekol l-ikla ta' filgħaxija.

Dan il-bord tagħna.

Jennifer Bond

"Airbnb uriet x'impatt kbir kapaċi toħloq meta tlaqqa' lin-nies flimkien u tilqa' lill-barranin. Airbnb.org se tuża dik is-saħħa ta' dak l-impatt biex tibdel ħajjet in-nies u d-dinja ta' madwarna. Huwa privileġġ li nista' nagħti sehemi biex isseħħ dil-bidla."

Joe Gebbia

"Il-fatt li messaġġ mingħand host wieħed wassal biex inħoloq moviment fejn 100,000 persuna offrew djarhom lill-komunità tagħhom iqawwili qalbi. F'daż-żminijiet ta' kriżi, dil-ħidma hija importanti iktar minn qatt qabel."

Sharyanne McSwain

"L-akkomodazzjoni hija waħda mill-bżonnijiet ewlenin tal-bnedmin u grazzi għall-programm tagħhom, it-tim ta' Airbnb.org qed joffri akkomodazzjoni lil dawk li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet ta' tbatija kbira."

Catherine Powell

"Fil-ħidma tagħha mal-imsieħba tagħha u mal-Hosts, Airbnb.org rat l-impatt tagħha jiżdied bil-kbir u dal-aħħar wettqet uħud mill-ikbar ħidmiet li qatt wettqet fl-istorja tagħha. Onorata ħafna li nista' naħdem ma' Airbnb.org bħala Membru tal-Bord."

Rich Serino

'Rajt b'għajnejja l-ħtieġa għal postijiet fejn toqgħod għal ftit taż-żmien wara diżastru jew kriżi u Airbnb.org dejjem ħadmet u se tkompli taħdem biex issalva jew tibdel ħajjet in-nies billi ssibilhom post fejn joqogħdu għal ftit taż-żmien.'

Melissa Thomas-Hunt

"Li toffri post fejn joqgħod lil xi ħadd magħkus hija waħda mill-iktar affarijiet umani u kumpassjonali li tista' tagħmel. Kuntenta ħafna li qed nagħmel parti minn dil-inizjattiva importanti li se tagħmel differenza fil-ħajja tal-oħrajn."

Jocelyn Wyatt

"Kont ħerqana biex ningħaqad mal-Bord ta' Airbnb.org għax nemmen li nistgħu nagħmlu differenza kbira jekk noffru akkomodazzjoni u riżorsi lil dawk li jinsabu fil-bżonn."

Kif naħdmu.

Sħubija mal-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ

Airbnb.org tagħti għotjiet lil għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ li joffru akkomodazzjoni temporanja, riżorsi u għajnuna speċjalizzata fi żminijiet ta' kriżi. Aħna noffru wkoll aċċess għal akkomodazzjoni mingħajr ħlas jew bi prezz imraħħas, grazzi għall-komunità tal-hosts ta' Airbnb.

Ninvestu fl-ekwità

Aħna nemmnu li għandna nużaw l-influwenza u r-riżorsi tagħna biex nagħmlu d-dinja post iktar ġust. Airbnb.org tinvesti f'għaqdiet bi strateġiji u programmi li jaqblu mal-impenn tagħna li ntejbu l-ekwità fil-komunitajiet.

Nifhmu l-impatt tagħna

L-iskop tagħna huwa li nifhmu aħjar kif il-flus li qed nagħtu u l-programm tal-akkomodazzjoni tagħna qed itejbu l-benesseri psikosoċjali, itaffu l-piżijiet finanzjarji u jsaħħu s-sens ta' komunità u appartenenza tal-klijenti.

Sħubiji u għotjiet

Bħalissa Airbnb.org mhux qed taċċetta talbiet għall-flus. Se naqsmu iktar informazzjoni dwar il-fażi ta' għotjiet li jmiss direttament mal-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ eliġibbli.

Kif naħdmu ma' Airbnb, Inc.

Airbnb.org hija għaqda mingħajr skop ta' qligħ 501(c)(3) indipendenti u mgħejuna mill-pubbliku. Biex twettaq l-iskop karitatevoli tagħha, Airbnb.org tagħmel użu bla ħlas mit-teknoloġija, mis-servizzi u minn riżorsi oħra ta' Airbnb, Inc. Airbnb.org hija entità separata u indipendenti minn Airbnb, Inc. Airbnb, Inc. ma żżomm l-ebda tariffi għaż-żjarat ibbukkjati fuq il-pjattaforma tagħha permezz ta' Airbnb.org.

Il-programm Open Homes tnieda minn Airbnb wara li ġiet ispirata mill-ġenerożità tal-hosts ta' Airbnb bl-iskop li jgħin lin-nies fil-bżonn isibu akkomodazzjoni temporanja. Il-programm Open Homes qed jinbidel għal Airbnb.org u Airbnb.org se tkompli tibni b'mod konsistenti fuq il-ħidma tal-programm skont l-għan u l-missjoni karitatevoli ta' Airbnb.org.