Dwarna

Airbnb.org hija għaqda mingħajr skop ta' qligħ indipendenti mwaqqfa minn Airbnb li ssib post fejn toqgħod tal-emerġenza lin-nies milquta minn kriżi.
Mara b'xagħarha kannella nnuklat liebsa qmis lewn kannella, qed titbissem f'daħla bil-bieb. Fuq ara hemm ħajt tal-injam

Il-bidu ta' kollox kienet host

L-idea nibtet minn Shell, host ta' Airbnb li fl-2012 tat il-post fejn toqgħod tagħha bla ħlas għan-nies milquta mill-Uragan Sandy. Minn dak iż-żmien 'l hawn, iktar minn 60,000 host ta' Airbnb taw post fejn toqgħod bla ħlas lil iktar minn 250,000 ruħ minn madwar id-dinja.

Il-mudell tagħna huwa uniku

Airbnb tagħmel tajjeb għan-nefqiet ta' kuljum biex id-donazzjonijiet tal-pubbliku jmorru kollha biex nagħtu postijiet fejn toqgħod bla ħlas lin-nies li jeħtieġu l-għajnuna.
Ħames karattri tal-cartoons bilwieqfa ħdejn xulxin, kull karattru liebes ilbies imlewwen differenti u qed ixejjer u jitbissem.

Il-ħidmiet tagħna waqt il-kriżijiet

Miljuni ta' nies ikollhom iħallu djarhom kull sena. Għaliex qed ngħinu lin-nies isibu post fejn toqgħod.

Kif naħdmu mal-imsieħba tagħna

Meta jseħħ xi diżastru, aħna nissieħbu mal-għaqdiet tal-post li qed jagħtu daqqa t'id biex isibu lill-iktar nies li jeħtieġu l-għajnuna ħalli aħna nsibulhom post fejn toqgħod tal-emerġenza.
Il-logo ta' 211
Il-logo ta' Catholic Charities USA
Il-logo ta' Mensajeros de la Paz
Il-logo tal-Għaqda Internazzjonali tal-Migrazzjoni
Il-logo ta' ORAM
Il-logo ta' pretence
Il-logo ta' Airbnb

Kif naħdmu ma' Airbnb

Airbnb.org tuża t-teknoloġija, is-servizzi u l-komunità dinjija ta' Airbnb biex issib post fejn toqgħod tal-emerġenza mingħand il-hosts li qed jagħtu postijiet qrib iż-żoni milquta mid-diżastri u n-nies li jeħtieġu l-għajnuna. Airbnb.org hija għaqda tal-karità pubblika 501(c)(3) li hija indipendenti u li mhix parti minn Airbnb. Airbnb tagħmel tajjeb tariffi tas-servizz għaż-żjarat fuq il-pjattaforma tagħha ġejjin minn Airbnb.org.

Dan il-bord tagħna

Ir-ritratt ta' wiċċ Jennifer Bond

Jennifer Bond

Jennifer hija professura tal-liġi u waħda mill-ikbar esperti fid-dinja dwar il-politika tar-refuġjati madwar id-dinja, b'iktar minn 15-il sena esperjenza f'dan il-qasam. Hi waqqfet Refugee Hub u tmexxi l-Global Refugee Sponsorship Initiative flimkien ma' għadd ta' għaqdiet oħra. Jennifer kienet il-moħħ wara l-mogħdijiet tal-ħarsien tar-refuġjati f'iktar minn 20 pajjiż, l-iktar għall-kriżijiet tal-Afganistan u l-Ukrajna. Ħadmet mal-Kummissjarju Għoli tar-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda u kienet konsulent tal-ministru tal-immigrazzjoni Kanadiż.
Ir-ritratt ta' wiċċ Jay Carney

Jay Carney

Jay imexxi t-timijiet tal-Politika Dinjija u tal-Komunikazzjoni ta' Airbnb. Qabel kien jaħdem ma' Airbnb, kien imexxi t-tim tal-Kummerċ Dinji ta' Amazon fejn kien jieħu ħsieb il-politika pubblika, il-komunikazzjoni u l-komunikazzjoni mal-komunità. Kien il-kap tal-komunikazzjoni mal-istampa tal-President Obama u ħadem mal-ġurnal TIME għal 20 sena. Jay huwa membru ta' għadd ta' bordijiet fosthom dawk ta' the Urban Institute, TechNYC u Human Rights First. Għandu Baċellerat mill-Università ta' Yale u huwa membru tal-Kunsill tal-Università ta' Yale.
Mara sewda b'xagħar innukklat b'lipstick aħmar, qed titbissem.

Sharyanne McSwain

Sharyanne hija l-Presidenta ta' Echoing Green u għandha karriera ta' 40 sena esperjenza fis-servizzi finanzjarji u fit-tmexxija tan-negozji. Għenet biex l-għaqda tkabbar bil-kbir il-ħidma tagħha biex tgħin lill-mexxejja tal-innovazzjoni soċjali biex jagħmlu kisbiet fl-oqsma razzjali, etniċi u fil-ġustizzja soċjali madwar id-dinja. Qabel bdiet taħdem ma' Echoing Green, Sharyanne kienet l-Uffiċjal Kap Finanzjarji u Amministrattiv ta' StoryCorps u ħadmet ma' għadd ta' banek u kumpaniji tas-servizzi finanzjarji. Għandha MBA minn INSEAD ġewwa Franza u Baċellerat fl-Istudji Urbani minn Mount Holyoke College.
Mara b'xagħar isfar liebsa qmis magħluqa bil-buttuni, qed titbissem.

Catherine Powell

Catherine mexxiet il-komunità dinjija tal-hosts ta' Airbnb, l-iktar fejn jidħlu l-istandards, it-tagħlim u l-faċilitajiet għall-hosts. Qabel ingħaqdet ma' Airbnb, Catherine qattgħet iktar minn 15-il sena taħdem ma' Disney. L-aħħar xogħol li kellha kien bħala President ta' Disney Parks għar-Reġjun tal-Puntent tal-Istati Uniti u ta' Disneyland Paris. Barra minn hekk, ħadmet ukoll għal seba' snin ma' BBC Worldwide. Catherine għandha degree fil-Politika, fil-Filosofija u fl-Ekonomija mill-Università ta' Oxford.
Raġel xagħru abjad liebes qmis kaħlanija, ingravata ħamra bid-disinn u ġlekk griż, qed jitbissem.

Rich Serino

Rich huwa Distinguished Senior Fеllоw ġеwwа l‐Fаkultà tаѕ‐Ѕаħħа Рubblіkа tа' Наrvаrd u jaħdem man‐Νаtіоnаl Рrераrеdnеѕѕ Lеаdеrѕhір Іnіtіаtіvе. Għandu iktar minn 40 sena esperjenza fis-servizz pubbliku, fil-kontroll tal-emerġenzi, fis-servizzi tas-saħħa f'każ tal-emerġenzi u fis-sigurtà nazzjonali. Il-President Obama ħatru bħala t-tmien Viċi Amministratur tal-FEMA. Qabel ħadem ma' FEMA, Rich qatta' 36 sena jaħdem ma' Boston EMS fejn beda l-karriera tiegħu u wasal biex laħaq il-Kap.
Mara b'xagħar isfar liebsa qmis sewda u ġiżirana sewda, qed titbissem hi u tħares lejn il-kamera.

Jocelyn Wyatt

Jocelyn hija s-CEO ta' Alight. Għandha esperjenza kbira fl-iżvilupp strateġiku li jżomm lill-bniedem fil-qalba tiegħu u tul il-karriera tagħha għenet toħloq servizzi f'iktar minn 20 pajjiż li jagħtu d-dinjità lura lil iktar minn 3 miljun u nofs persuna li kull sena jkollhom iħallu djarhom. Qabel Alight, Jocelyn waqqfet u ħadmet bħala CEO ta' IDEO.org fejn ħadmet mal-għaqdiet indipendenti mill-gvernijiet biex tfassal prodotti u servizzi inklussivi. Hi membru tal-bord konsultattiv ta' Marketplace u tad-Drucker Institute u hija waħda mill-fundatriċi ta' Chief.

Għandek xi mistoqsijiet dwar id-donazzjonijiet?

Iktbilna fuq give@airbnb.org
Tnejn min-nies bilqiegħda ma' medja f'kamra kennija bl-ixkafef tal-kotba warajhom. Qed jitbissmu u jitħaddtu xi ħaġa fuq telefown.

Agħti sehmek

Ingħaqad mal-komunità ta' iktar minn 60,000 host li qed jilqgħu n-nies milquta minn kriżi.