It-trombi tal-arja ta' Georgia Ċentrali
Airbnb.org qed tissieħeb ma’ United Way ta' Georgia Ċentrali biex toffri postijiet fejn toqgħod ta’ emerġenza mingħajr ħlas lin-nies li kellhom iħallu djarhom minħabba t-trombi tal-arja li seħħew dan l-aħħar ġewwa Georgia Ċentrali, l-Istati Uniti tal-Amerka.
Kif tista' tgħin
Tista' tagħti donazzjoni lil Airbnb.org jekk tixtieq tgħin b'li tagħti postijiet fejn toqgħod bla ħlas lin-nies milquta mit-trombi tal-arja. Id-donazzjonijiet kollha jintużaw direttament għall-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza. Jekk inti host ta' Airbnb, tista' tirreġistra biex toffri postijiet fejn toqgħod bi prezzijiet imraħħsa għar-residenti milquta. Għal daż-żjarat, Airbnb tagħti t-tariffi tas-servizz tal-hosts tagħha lil Airbnb.org u tipprovdi lill-hosts bil-ħarsien ta' AirCover għal kull booking.
Għandek xi mistoqsijiet?
Jekk jogħġbok iktbilna fuq contact@airbnb.org