Iċ-Ċentru ta' Texas

Kif sabu kenn wara l-għargħar

Il-ħajt li jfakkar l-għargħar ta' Hill Country ġewwa Kerrville, Texas

"Fil-05:00 ta' filgħodu, ġie jħabbtilna l-bieb sheriff biex iqajjimna. Qalilna li ftit 'il bogħod minna, fl-istess triq, l-ilmijiet tal-għargħar kienu kinsu xi djar għalkollox."

- Skylyn, persuna megħjuna minn Airbnb.org

Nhar il-5 ta' Lulju 2025, kmieni filgħodu, Skylyn, binha ta' 10 xhur u seħibha qamu u sabu l-ilma dieħel igelgel f'darhom. Il-lejl ta' qabel kienet biss nieżla x-xita u issa fil-ġnejna ta' quddiem id-dar kien hemm xmara ġierja. L-għargħar li qatt ma kien deher bħalu f'dawk l-inħawi kines ħafna fiċ-Ċentru ta' Texas, fosthom dawk tal-ġirien tagħhom.

Wara l-għargħar fiċ-ċentru ta' Texas, tista' tara s-siġar meqruda.

Skylyn ma ħlietx ħin u ppruvat tħalli l-post ma' familtha imma l-vann tagħha weħel fit-tajn u iktar minn metru ilma. Skylyn sabet li Airbnb.org, permezz ta' All Hands and Hearts, kienet qed tagħti postijiet fejn toqgħod tal-emerġenza bla ħlas lil dawk milquta mill-għargħar. Ikkuntattjat lil Airbnb.org u malajr setgħet tibbukkja post fejn toqgħod fil-qrib. Grazzi għal dal-post, binha kellu spazju fejn jista' jilgħab u hi setgħet tifhem x'kienu se jkunu l-passi li jmiss.

Skylyn, mara megħjuna minn Airbnb.org, qed iżżomm lil binha, tarbija ta' 10 xhur, f'siġġu f'post ta' Airbnb li marru joqogħdu fih biex jaħarbu mill-għargħar.

Skylyn u binha Waylon

"Ħassejtni ħafna aħjar meta rajt li ibni seta' jieħu gost matul mument tant stressanti."

- Skylyn, persuna megħjuna minn Airbnb.org

Minnufih il-ħaddiema tal-ewwel għajnuna, il-voluntiera u t-timijiet tal-emerġenza malajr ħejjew ruħhom biex jgħinu lil dawk milquta fiċ-Ċentru ta' Texas. Dat-timijiet għadhom qed jgħinu lir-residenti jerġgħu jibnu ħajjithom u qed iħejju għall-bini mill-ġdid billi jneħħu t-tajn, it-tifrik u l-materjal kollu mkagħbar mill-ilma mid-djar mgħarrqa.

Grupp ta' voluntiera minn All Hands and Hearts qed isajru fi kċina f'post fejn toqgħod ibbukkjat ma' Airbnb.org.

"Iebsa ħafna biex timmaġina 9 metri ilma ġejjin lejk mix-xmara."

- Alix, voluntiera u persuna megħjuna minn Airbnb.org
Il-ħajt li jfakkar l-għargħar ta' Hill Country ġewwa Kerrville, Texas

Ħafna voluntiera ilhom jaħdmu 20 siegħa kuljum, għalhekk kien kruċjali li jkollhom post fejn joqogħdu fil-qrib. Airbnb.org irnexxielha ssib post fejn toqgħod għal gruppi ta' voluntiera sa 12-il ruħ biex ikunu jistgħu jistrieħu, jaqsmu l-ikliet u jerġgħu jiġu f'tagħhom.Airbnb.org tat postijiet fejn toqgħod tal-emerġenza bla ħlas lil 350 persuna fil-bżonn fiċ-ċentru ta' Texas.

Agħti sehmek

Ingħaqad ma' komunità dinjija ta' nies li jagħtu l-postijiet fejn toqgħod tal-emerġenza lin-nies milquta minn xi kriżi.

Sir af iktar

Kull żjara għandha storja warajha

Dawn in-nies milquta mid-diżastri u dawk li għenuhom.