In-Nirien ta' Coches

Airbnb.org qed tagħti postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza bla ħlas lin-nies li kellhom iħallu djarhom minħabba n-Nirien ta' Coches ġewwa San Diego.Airbnb.org qed tissieħeb ma' 211 San Diego li jagħrfu dawk li l-iktar jeħtiġilhom post fejn joqogħdu ta' emerġenza u jsibulhom post bla ħlas.

Kif tista' tgħin

Tista' tagħti donazzjoni lil Airbnb.org jekk tixtieq tgħin biex jingħataw dawn il-postijiet fejn toqgħod bla ħlas lin-nies milquta min-Nirien ta' Coches. Id-donazzjonijiet kollha jintużaw direttament għall-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza.Jekk inti host ta' Airbnb, tista' tirreġistra biex toffri żjarat bi prezzijiet imraħħsa għar-residenti milquta. Għaż-żjarat ta' Airbnb.org, Airbnb la tiġbor tariffa tas-servizz mingħand il-hosts u lanqas mingħand in-nies megħjuna. Il-hosts li jirreġistraw biex jaqsmu darhom fuq Airbnb.org se jgawdu mill-ħarsien mill-ħsara u l-assigurazzjoni mir-responsabbiltà ċivili ta' AirCover għal kull booking.