Nirien f'żona residenzjali ġewwa Hilo
Airbnb.org qed tissieħeb ma' Catholic Charities USA biex toffri postijiet ta' emerġenza b'xejn biex joqogħdu fihom in-niesli kellhom iħallu djarhom minħabba n-nirien f'żona residenzjali ġewwa Hilo, il-Hawaii. Ir-residenti milquta min-nirien f'żona residenzjali jistgħu japplikaw għal post fejn toqgħod ma' Catholic Charities USA. Biex tkun tista' tikseb post fejn toqgħod, jeħtieġ li nikkonfermaw li r-residenza ewlenija tiegħek intlaqtet u li nistgħu nivverifikaw l-identità tiegħek. Biex tivverifika l-identità tiegħek jeħtieġ li jkollok kont ta' Airbnb. Jekk għad m'għandekx kont, tista' toħloq wieħed minn hawn.
Tista' tagħti donazzjoni lil Airbnb.org jekk tixtieq tgħin billi tagħti postijiet ta' emerġenza b'xejn biex joqogħdu fihom in-nies milquta min-nirien f'żona residenzjali. Id-donazzjonijiet kollha jintużaw direttament għall-postijiet fejn in-nies jistgħu joqogħdu fihom f’emerġenza. Jekk inti host ta' Airbnb, tista' tirreġistra biex toffri żjarat bi prezzijiet imraħħsa għar-residenti milquta. Għal daż-żjarat, Airbnb tagħti t-tariffi tas-servizz tal-host tagħha lil Airbnb.org u tipprovdi lill-hosts bil-ħarsien ta' AirCover għal kull booking.