Nirien f'żona residenzjali ġewwa Hong Kong
Airbnb.org qed tissieħeb ma' Hong Kong Tai Po Bapitist Church Social Service (TPBCSS) u l-Federazzjoni tal-Gruppi taż-Żgħażagħ ta' Hong Kong (HKFYG) biex toffri postijiet ta' emerġenza b'xejn biex joqogħdu fihom in-nies li kellhom iħallu djarhom minħabba n-nirien f'żona residenzjali ġewwa Hong Kong.
Tista' tagħti donazzjoni lil Airbnb.org jekk tixtieq billi tagħti postijiet ta' emerġenza b'xejn biex joqogħdu fihom in-nies milquta min-nirien f'żona residenzjali. Id-donazzjonijiet kollha jintużaw direttament għall-postijiet fejn in-nies jistgħu joqogħdu fihom f’emerġenza. Jekk inti host ta' Airbnb, tista' tirreġistra biex toffri żjarat bi prezzijiet imraħħsa għar-residenti milquta. Għal daż-żjarat, Airbnb tagħti t-tariffi tas-servizz tal-host tagħha lil Airbnb.org u tipprovdi lill-hosts bil-ħarsien ta' AirCover għal kull booking.