It-tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek dwar Airbnb.org.
Airbnb.org tipprovdi postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza bla ħlas lin-nies milquta minn diżastri naturali u żminijiet ta' kriżi oħra. F'dawn l-aħħar snin għamilna xi bidliet fil-programm tagħna, għalhekk qed inwieġbu xi mistoqsijiet komuni li jistaqsuna l-hosts.

Kif taħdem Airbnb.org?
Fi żminijiet ta' kriżi bħal diżastru naturali jew meta xi ħadd ikollu jivvjaġġa biex jirċievi kura medika biex isalva ħajtu, Airbnb.org tgħin lil dawn in-nies fil-bżonn sabiex isibu post fejn toqgħod ta’ emerġenza bla ħlas.
Agħti sehmek1 minn 1 paġni
Inwieġbu l-mistoqsijiet komuni dwar kif taħdem Airbnb.org.
Il-hosts xorta jitħallsu?
Iva, għaliex ladarba Airbnb.org tħallas għall-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza għall-persuni fil-bżonn, il-hosts jitħallsu bl-istess mod bħal meta jilqgħu n-nies fi kwalunkwe żjara oħra.
Għandi bżonn nirreġistra biex nilqa' n-nies li jibbukkjaw permezz ta' Airbnb.org?
M'għandekx bżonn tirreġistra. Il-klijenti ta' Airbnb.org jistgħu jibbukkjaw kwalunkwe post fejn toqgħod li jixtiequ fuq Airbnb. Jekk xi ħadd li se jkun qed joqgħod fil-post tiegħek jibbukkja permezz ta' Airbnb.org, int tirċievi notifika fl-app.Airbnb.org tħallas għal daż-żjarat sabiex in-nies ikollhom il-libertà li jibbukkjaw il-post fejn toqgħod li huwa l-aktar addattat għalihom. Dan ifisser li l-klijenti tagħna jistgħu joqogħdu qrib l-iskola, il-post tax-xogħol, ċentru tal-kura medika jew qrib id-dar bil-ħsara tagħhom sakemm isewwuha.
Li nilqa' n-nies li jibbukkjaw permezz ta' Airbnb.org, jinvolvi aktar xogħol?
M'hemm bżonn xejn iktar. L-ispazju li diġà għandek jista' jgħin lill-familji jerġgħu lura fuq saqajhom meta jgħaddu minn żminijiet diffiċli, bħal faċilitajiet biex jaħslu l-ħwejjeġ, kċina fejn jistgħu jieklu flimkien jew spazju fejn it-tfal jew il-pets ikunu jistgħu jilagħbu.
Il-hosts kif jistgħu jgħinu lil Airbnb.org?
Il-hosts jistgħu jgħinu lil Airbnb.org b'numru ta' modi. Billi jagħtu donazzjoni direttament lil Airbnb.org, għax id-donazzjonijiet jintużaw kollha biex jiffinanzjaw il-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza mingħajr ħlas. F'ċerti postijiet, permezz ta' Airbnb, il-hosts jistgħu jagħtu perċentwal minn kull ħlas li jaqilgħu bħala donazzjoni jew joffru skont fuq il-listings għall-klijenti ta' Airbnb.org biss.
Kif ngħinuk
Meta tilqa' n-nies li jibbukkjaw permezz ta' Airbnb.org, ikollok aċċess għall-għajnuna kollha li kont qed tirċievi bħala Host ta' Airbnb flimkien ma' xi ftit benefiċċji oħra. Tkun imħares/imħarsa minn AirCover għall-Hosts u se jkollok aċċess għat-tim tal-appoġġ għall-klijenti mħarreġ apposta ta' Airbnb.org.L-għaqdiet imsieħba tal-post jidentifikaw lin-nies fil-bżonn u mbagħad jgħinuhom jibbukkjaw żjara għal żmien qasir permezz tal-app ta' Airbnb—li tivverifika l-identità tagħhom bl-istess mod bħal meta l-klijenti jibbukkjaw żjara normali.
Isma' x'għandhom xi jgħidu l-hosts ta' Airbnb.org
1 minn 1 paġni






