L-isplużjoni tal-pajpijiet tal-gass fil-Malażja
Ġirien li jgħinu lill-ġirien

Malli f'April tal-2025 Jayden sema' li pajp tal-gass ġewwa Putra Heights sploda, mill-ewwel kellem lil kull min kien jaf biex jgħin lin-nies li kellhom iħallu djarhom minħabba d-diżastru.
Bħala CEO ta' HostPlatform, Jayden jaħdem ma' eluf ta' hosts ġewwa l-Malasja u x-Xlokk tal-Asja biex jgħinhom jieħdu ħsieb il-listings tagħhom. Għalhekk, malli sar jaf li Airbnb.org kienet qed tagħti postijiet fejn toqgħod tal-emerġenza għal ġimagħtejn bla ħlas biex tgħin lin-nies milquta mill-ispjużjoni, hu u sħabu tax-xogħol Ken u Eunice, bdew iħeġġu lill-hosts ġewwa Putra Heights biex jilqgħu għandhom lil dawk li qed ifittxu kenn.
"Aħna kburin li nistgħu ngħinu u nagħtu xi ħaġa lura lill-komunità tagħna għax bħala Malasjani, hija r-responsabbiltà tagħna"
L-impenn tagħhom mar lil hinn mill-messaġġi—ħadu sehem f'laqgħat mal-komunità fil-post għall-kenn fejn ħafna min-nies li kellhom iħallu djarhom kienu qed jistkennu u għenuhom jirreġistraw fuq Airbnb.org
Agħti sehmek
Ingħaqad ma' komunità dinjija li tagħti l-postijiet fejn toqgħod tal-emerġenza lin-nies milquta minn xi kriżi.
Sir af iktarKull żjara għandha storja
Dawn in-nies milquta mid-diżastri u dawk li għenuhom.
1 minn 1 paġni