Inżommu l-familji u l-pets tagħhom flimkien
Grazzi għal Jinx, Airbnb.org tista' toffri aktar postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza bla ħlas lin-nies u lill-pets tagħhom wara diżastru.

Iltaqa' ma' Maile, Kai u l-klieb tagħhom
"Jekk Airbnb.org ma kinitx teżisti, onestament, bħalissa konna nkunu qed nibdlu d-djar u konna nkunu qed norqdu fil-karozza tagħna," qalet Maile dwar iż-żjara qasira bla ħlas tagħha permezz ta' Airbnb.org. "Kont nieħu pjaċir naħsel il-ħwejjeġ. Kont nieħu pjaċir naħsel lill-klieb. Kont nieħu pjaċir insajjar ikla sħiħa. Kont insajjar il-kolazzjon, l-ikla ta' nofsinhar u l-ikla ta' filgħaxija. Dan huwa dak li normalment nagħmel u ħassejtni tassew komda.”
Aqra l-istorja tagħhomMa nħallu l-ebda pet warajna waqt id-diżastri
Skont l-ASPCA tal-Istati Uniti, 32% tan-nies li kellhom iħallu djarhom minħabba xi diżastru ħallew kelb wieħed warajhom.Airbnb.org tgħin lin-nies li kellhom iħallu djarhom jibbukkjaw postijiet fejn toqgħod li jaċċettaw il-pets biex il-familja kollha tkun tista' toqgħod flimkien.

Jinx tagħti donazzjoni biex tiffinanzja postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza addattati għall-pets
Grazzi għall-għajnuna ta' Jinx, Airbnb.org tista' tagħti post komdu lil iktar nies u lill-pets tagħhom, fejn jistgħu jirkupraw flimkien.Id-donazzjoni ta' Jinx lil Airbnb.org tista' tiffinanzja iktar minn 900 lejl f'postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza bla ħlas għall-familji li kellhom iħallu djarhom minħabba diżastri.

Grazzi lill-imsieħba tagħna fi

Jinx hija ditta moderna tal-ikel għall-pets li tiffoka fuq il-benesseri tal-pets, kemm għall-klieb kif ukoll għall-qtates.
Sir af iktar