L-għajnuna marbuta man-nirien ta' Los Angeles
Sibna post fejn toqgħod għal iktar minn 22,000 ruħ milquta min-nirien u għadna nagħtu l-għajnuna tagħna.
L-għajnuna marbuta man-nirien ta' Los Angeles
Sibna post fejn toqgħod għal iktar minn 22,000 ruħ milquta min-nirien u għadna nagħtu l-għajnuna tagħna.

In-nirien li ħakmu Los Angeles mis-7 ta' Jannar 2025 'il quddiem wasslu biex iktar minn 200,000 persuna jitilfu darhom u 29 jitilfu ħajjithom. In-nirien qerdu iktar minn 12,000 binja u għamlu ħerba minn viċinati sħaħ.
Għajnuna mingħajr qatigħ


Agħti post fejn toqgħod
Ilqa' n-nies fl-ispazju tiegħek bi prezz imraħħas għan-nies milquta minn kriżi.
Ir-riżultati miksuba
Malli n-nirien bdew jaħkmu lill-belt, Airbnb.org issieħbet ma' 211 LA, għaqda mingħajr skop ta' qligħ, biex tagħti post fejn toqgħod tal-emerġenza bla ħlas lil dawk milquta. Ilqajna l-ewwel nies fi żmien 24 siegħa u tajna postijiet fejn toqgħod tal-emerġenza lil iktar minn 22,000 ruħ.
Dejta tal-mappa mid-9 ta' Jannar 2025 sat-2 ta' Marzu 2025
In-nies ma ridux jitbiegħdu minn djarhom u għalhekk ibbukkjaw il-postijiet fuq Airbnb qrib il-post fejn kienu joqogħdu biex it-tfal setgħu jkomplu jmorru fl-istess skejjel, ikunu qrib il-post tax-xogħol u jibqgħu qalb il-komunità tagħhom.
22,000
Nies megħjuna
2,300
Pets megħjuna
1,000
Ħaddiema tal-għajnuna milqugħa
Stejjer tal-hosts u tal-klijenti
Issa li Los Angeles qed terġa' tqum fuq saqajha, il-komunitajiet tal-belt għadhom jgħinu lil xulxin.
Mistoqsijiet Komuni
Kif nista' nikseb post fejn toqgħod ta' emerġenza mingħand Airbnb.org?
Min jista' jibbukkja post fejn toqgħod fuq Airbnb.org?
In-nies milquta min-nirien ta’ Los Angeles jafu jkunu eliġibbli biex jibbukkjaw post fejn toqgħod ta' emerġenza fuq Airbnb.org—fosthom dawk li kellhom iħallu darhom u l-ħaddiema tal-għajnuna uffiċjali li qed jgħinuhom. Airbnb.org taħdem ma' aġenziji tal-gvern u l-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ imsieħba magħna biex nifhmu jekk bniedem ikunx eliġibbli. Sir af iktar
Nista' ntella' l-post fejn toqgħod tiegħi bil-prezz li nixtieq għall-klijenti fuq Airbnb u bla ħlas jew bi prezz imraħħas fuq Airbnb.org waqt l-emerġenzi?
Iva. Il-post tiegħek se jkollu kalendarju wieħed għalhekk il-bookings mhux se jkunu jistgħu jidħlu f'xulxin.
Kif nista' nkun naf jekk booking ġiex minn Airbnb.org?
Waqt il-booking, ngħarrfu lill-host jekk talba għall-booking tkunx żjara ta' emerġenza ġejja minn Airbnb.org.
X'jiġri meta tintemm iż-żjara tan-nies fil-bżonn?
In-nies fil-bżonn megħjuna minn Airbnb.org mistennija jħallu l-post fil-ħin maqbul muri fid-dettalji tal-booking. Jekk ma jħallux il-post fil-ħin mifthiem, Airbnb għandha tim ta' ħaddiema tal-għajnuna apposta li jieħdu ħsieb jaraw li n-nies iħallu l-post.
Għalkemm jien mhux host ta' Airbnb, xorta nixtieq nilqa' n-nies fil-post fejn toqgħod tiegħi jekk ikun hemm xi diżastru naturali. X'għandi nagħmel?
Tista' tirreġistra biex tilqa' n-nies fuq Airbnb.org biss u għalhekk taċċetta biss nies fil-bżonn ta' post fejn joqogħdu għax ikunu ntlaqtu minn emerġenza u tkun se tilqagħhom fil-post bla ħlas. Ħadd mhu se jkun jista' jibbukkja l-post tiegħek jekk mhux għal żjara tal-emerġenza.
Sir af iktar dwar l-għajnuniet li tajna
Dawn in-nies milquta mid-diżastri u dawk li għenuhom.