Kenn tajjeb għall-pets wara l-għargħar

"L-ilma ħa kollox."
Ftit wara nofsillejl tal-20 ta' Marzu 2026, Maile u Kai stenbħu f'nofs maltempata. Qamu mis-sodda biex imexxu l-vetturi tagħhom f'post ogħla, mingħajr ma kienu jafu li kellhom inqas minn nofs siegħa biex jippakkjaw dak li setgħu minn ħajjithom u jaħarbu.
“Kellna madwar 10 minuti biss biex noħorġu.”

Inżommu l-grupp flimkienL-ilma wasal malajr. Malli fehmu li l-ilma ma kienx se jieqaf, Maile u Kai ħarġu minn darhom bil-ħeffa flimkien mal-merħla maħbuba tagħhom—kif Maile ssejjaħ bl-imħabba lill-ħamest iklieb tal-koppja: Blackie, Tiny, Noelle, Sassy u Choncho. Ma setgħux iħalluhom warajhom.“Qbadna l-klieb qabel ma ħejjejna l-basktijiet bil-ħwejjeġ. Il-klieb kienu l-ewwel prijorità.” - KaiSakemm Maile u Kai rnexxielhom jitilgħu f'vettura bil-ħamest iklieb kollha, l-ilmijiet tal-għargħar kienu laħqu l-livell tal-bonnet tat-trakk tagħhom u l-kurrent kien tant qawwi li imbottahom fuq ġenbhom. Kontra kull ostaklu, il-magna żammet biżżejjed biex Kai u Maile jkunu jistgħu jgħaddu mill-għargħar lejn toroq iktar siguri u iktar inċertezza.
Post fejn toqgħod temporanju fejn iserrħu rashom… u saqajn l-annimaliWara l-maltempata, il-gvernatur Josh Green iddeskriva dan l-avveniment bħala l-iktar għargħar serju fil-Hawai'i mill-2004 'l hawn. Meta l-għada marru lura lejn darhom ġewwa Haleʻiwa, Maile u Kai sabu li darhom kienet għerqet taħt metri ta' ilma. Il-ħsara kienet kbira u qerrieda.

Maile u Kai talbu l-għajnuna lill-komunità tagħhom. Peress li ma setgħux jibqgħu f'darhom, il-koppja ddependiet fuq il-familja u l-ħbieb biex ikollhom saqaf fuq rashom u jgħinuhom jieħdu ħsieb l-annimali tagħhom. Fl-aħħar, sabu ftit privatezza u serħan tal-moħħ grazzi għal Airbnb.org. Ibbukkjaw post fejn joqogħdu bla ħlas li għenhom iżommu l-familja tagħhom flimkien, sigura u niexfa. “Kienet xi ħaġa mill-isbaħ li nafu li m'għandniex għalfejn nagħżlu bejn is-sigurtà u l-klieb għax jista' jkollna it-tnejn li huma, hux? Hija sensazzjoni mill-isbaħ li jista' jkollna lilhom, lill-familja kollha magħna.” - Kai

Minħabba r-rispett lejn il-host, Maile u Kai għażlu li jieħdu biss tlieta mill-ħamest iklieb tagħhom fil-post ta' Airbnb.org tagħhom. Żewġ membri mill-merħla żgħira tagħhom ħadu ħsiebhom ħbieb tal-qalb.
Il-valur ta' postijiet fejn toqgħod li jaċċettaw il-petsGħal Maile, il-fatt li setgħet iżżomm il-klieb tagħha magħha, kemm fil-post ta' Airbnb.org tagħhom kif ukoll mal-familja, kien essenzjali biex tibda l-proċess ta' fejqan wara t-trawma li ġarrbet minħabba l-maltempata. “Kienet barka li kelli dal-post fejn noqgħod. Li nkun 'il bogħod mill-klieb tiegħi kienet tkun trawma għalija. Ma naħsibx li qatt kien jirnexxieli ninfired minn magħhom b'xi mod.” - Maile

Grazzi għall-għajnuna ta' donaturi u hosts ġenerużi, Airbnb.org toffri postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza li jilqgħu l-pets u li jżommu l-familji flimkien waqt diżastri naturali u kriżijiet oħra. Familji bħal dik ta' Maile u Kai.Madwar 5,500 persuna ġew avżati biex jevakwaw mill-kosta tat-Tramuntana ta' O'ahu wara l-maltempati tax-xitwa ta' Marzu. Airbnb.orgipprovdiet total ta' 597 lejl f'postijiet fejn toqgħod tal-emerġenza bla ħlas lil iktar minn 220 mistieden“Airbnb.org għenet lil ħafna nies fil-komunità tagħna li nafu li tilfu darhom.” - Kai
Agħti sehmek
Ingħaqad ma' komunità dinjija ta' nies li jagħtu l-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza lin-nies milquta minn xi kriżi.
Sir af iktarKull żjara għandha storja warajha
Iltaqa' man-nies milquta mid-diżastri u dawk li għenuhom.



