Cebu, il-Filippini

Il-hosts jgħinu lill-ħaddiema tal-ewwel għajnuna ġewwa l-Filippini

Żjara mhux mistennija ta' Airbnb.org tlaqqa' lill-klijenti u lill-hosts biex jagħmlu iktar ġid wara terremot devastanti
Żewġ hosts bilqiegħda ħdejn xulxin fuq sufan, qed jitbissmu huma u jħarsu lejn il-kamera.

"Qatt mhu se ninsa l-istorja ta' kif wieħed minnhom irnexxielu jgħaddi mill-katastrofi. Qalilna li kienet xi ħaġa tal-biża' imma li kien kuntent għax il-familja kollha tiegħu kienet salvat. Ftit djar 'il bogħod minn fejn kienu jgħixu, dan ma kienx il-każ. Mietet familja."

- Raffy M., persuna megħjuna minn Airbnb.org u Direttur Eżekuttiv ta' Angat Buhay

Fit-30 ta' Settembru 2025, ftit qabel l-22:00, terremot qawwi ta' 6.9 fuq l-iskala Richter laqat it-Tramuntana tal-provinċja ta' Cebu fil-Filippini.Mietu disgħa u sebgħin persuna. Skont ir-rapporti, iktar minn 128,000 familja ġew milquta u iktar minn 18,000 dar saritilhom il-ħsara. Mill-inqas 3,500 minnhom sfaw meqruda.

Binja waħda waqgħet fit-triq minħabba terremot ta' 6.9 fuq l-iskala Richter ġewwa Cebu, il-Filippini.
Dak l-istess lejl, it-tim ta' Angat Buhay ħa azzjoni, l-għaqda mingħajr skop ta' qligħ immexxija mill-Filippini u msieħba ta' Airbnb.org, li tħaddan l-ispirtu ta' bayanihan—kelma Filippina li tfisser kemm unità kif ukoll azzjoni fi ħdan komunità— u t-tim kbir tagħha ħadu azzjoni biex jgħinu lil dawk li ħelsuha mit-terremot.Raphael ("Raffy") M., id-Direttur Eżekuttiv ta' Angat Buhay, ħa t-tim ta' voluntiera tiegħu fil-postijiet milquta mit-terremot—biex iwasslu l-għajnuna minn settijiet tal-iġjene sa għajnuna biex jingħataw il-kura medika meħtieġa.
Il-voluntiera tal-għaqda mingħajr skop ta' qligħ Angat Buhay qed iqassmu ikel u provvisti lir-residenti ta' Cebu, il-Filippini, wara terremot ta' 6.9 fuq l-iskala Richter.

"Ma konniex ħassejna terremot daqshekk qawwi dal-aħħar, għalhekk ma stennejniex li se jiġri u ma konniex nafu x'għandna nagħmlu. Il-bini kien qed jiċċaqlaq bil-qawwa f'kull parti ta' Cebu."

- Pau G., host ta' Airbnb.org

Il-hosts ta' Airbnb Mia S. u Pau G. kienu d-dar ġewwa l-Belt ta' Cebu meta ħassew l-ewwel terremot. Għalkemm il-ħsara fil-Belt ta' Cebu ma kinitx daqshekk serja bħal fit-Tramuntana, Mia u Pau xorta ħassewh. Kienu beżgħana għall-familja u l-klijenti tagħhom.Meta Mia u Pau semgħu dwar il-ħsara fit-Tramuntana, xtaqu jagħtu daqqa t'id l-aħjar li setgħu. Waqt li kienu qed jippruvaw jikkuntattjaw lil Angat Buhay biex joffru l-għajnuna tagħhom jew biex jgħinu b'xogħol volontarju, ftit wara rċevew notifika li l-listing tagħhom kien qed jiġi bbukkjat għal żjara ta' Airbnb.org.

Qerda ta' dar wara terremot ta' 6.9 fuq l-iskala Richter ġewwa Cebu, il-Filippini.
Mia S., host ta' Airbnb.org, tgħannaq lil Menard, persuna megħjuna minn Airbnb.org u membru tal-għaqda mingħajr skop ta' qligħ Angat Buhay ġewwa l-Filippini.
Meta l-klijenti tagħhom waslu, Mia u Pau ma kinux qed jistennew li jaraw lil min wasal—kienu l-ħaddiema tal-ewwel għajnuna ta' Angat Buhay. L-istess tim li kienu qed jippruvaw jikkuntattjaw. "Kienet koinċidenza tal-għaġeb li l-istess għaqda li konna qed nippruvaw nikkuntattjaw kienet qed toqgħod fid-djar tagħna," qalet Mia.Huma u jilqgħu lill-membri tat-tim ta' Angat Buhay, Mia u Pau ħadu gost li setgħu joffru kenn lit-tim ta' waħda mill-ikbar netwerks ta' voluntiera tal-pajjiż.

"Din hija għajnuna kbira għall-għaqdiet ż-żgħar, speċjalment għall-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ li m'għandhomx ħafna riżorsi. Il-fondi tagħhom għandhom jintużaw għal dawk li għandhom bżonnhom... għall-ħtiġijiet tal-komunità."

- Menard, persuna megħjuna minn Airbnb.org u membru tal-ħaddiema ta' Angat Buhay

Huwa stqarr li matul operazzjonijiet ta' għajnuna fil-passat, il-voluntiera u l-ħaddiema kultant kienu jorqdu mal-art fl-uffiċċji b'xejn iktar minn lożor biex jiffrankaw il-flus. Jew kienu jibbukkjaw lukandi għat-timijiet, ħaġa li tgħolli l-ispejjeż.Did-darba kienet xi ħaġa differenti għax hu u l-ħaddiema tal-ewwel għajnuna l-oħra ta' Angat Buhay kisbu postijiet fejn toqgħod tal-emerġenza bla ħlas grazzi għal Airbnb.org. Dan tahom ftit serħan il-moħħ wara li kienu qed jaħdmu bejn 14 u 16-il siegħa kuljum u kien ifisser li setgħu jużaw il-flus tagħhom biex l-ewwel jgħinu lil dawk li ħelsuha mit-terremot.

Voluntier ta' Angat Buhay qed iqassam il-prodotti lil tifel żgħir wara t-terremot ta' 6.9 fuq l-iskala Richter ġewwa Cebu, il-Filippini.

"Ngħinu lil xulxin mingħajr ma nistennew xejn lura. Din hija waħda mill-karatteristiċi tal-Filippini."

- Pau G., host ta' Airbnb.org

Fil-Filippini, bayanihan mhix biss kelma. Dan l-ispirtu ta' ġenerożità u ta' għajnuna f'każ ta' problemi huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-komunità biex kulħadd jgħin lil xulxin.Mia qalet, "Airbnb.org urietna li għandna din ir-riżorsa li nistgħu nużawha biex ngħinu lil dawk fil-bżonn."

Menard, klijent ta' Airbnb.org, mal-hosts ta' Airbnb.org tiegħu Mia S. u Pau G. bilqiegħda fuq sufan flimkien, qed iħarsu lejn il-kamera u jitbissmu.

Mia u Pau jittamaw li l-istorja tagħhom tħeġġeġ lil nies oħra jsiru hosts ta' Airbnb.org. Wara li laqgħu lil Raffy, huma wkoll marru jgħinuh u lil Angat Buhay bħala voluntiera huma stess.Għal Mia u Pau, il-fatt li tilqa' n-nies juri l-ispirtu ta' bayanihan — fil-Filippini u lil hinn.

Agħti sehmek

Ingħaqad ma' komunità dinjija ta' nies li jagħtu l-postijiet fejn toqgħod tal-emerġenza lin-nies milquta minn xi kriżi.

Sir af iktar

Kull żjara għandha storja warajha

Dawn in-nies milquta mid-diżastri u dawk li għenuhom.