Roie u Jelly bnew ħbiberija twila wara n-nirien


Roie ħalliet artha, il-Filippini u marret toqgħod Jasper, il-Kanada biex taħdem u tgħix ma' familjet oħtha. Bdiet dieħla fil-komunità tal-post u ħasbet li kienet sabet post tajjeb fejn toqgħod għaliha.
Imbagħad, f'Lulju tal-2024, in-nirien qerdu dik il-belt ħelwa fil-muntanji. Iktar minn 25,000 ruħ kellhom iħallu djarhom u 30% tal-binjiet ġewwa Jasper sfaw meqruda, fosthom dar Roie u oħtha.
Billi ma kellhiex post fejn toqgħod, Roie ma kinitx taf x'se taqbad tagħmel. Imbagħad saret taf bil-postijiet fejn toqgħod tal-emerġenza mogħtija minn Airbnb.org.
Roie rnexxielha tibbukkja post fejn toqgħod bla ħlas ma' Airbnb.org għand is-Superhost Jelly li għexet ġewwa Jasper għal 40 sena. "Dil-ħaġa għenitni ħafna," qalet Roie. "Stajt nibda ħajti mill-ġdid.""Stajt nieħu ħsieb tiegħi nnifsi."

Roie qagħdet fid-dar ta’ Jelly għal xahar. Matul dak iż-żmien setgħet tifhem kif se tagħmel għall-ġejjieni biex toqgħod ġewwa Jasper u ssib l-għajnuna. "Stajt insajjar l-ikel tiegħi stess, nistrieħ, nixrob kafè quddiem it-tieqa u nara l-ferroviji għaddejjin quddiemi," tgħidilna. "Stajt nieħu ħsieb tiegħi nnifsi."

Roie kienet waħda mis-seba' min-nies milqugħa minn Jelly grazzi għal Airbnb.org u t-tnejn li huma bnew ħbiberija twila. Illum Roie u oħtha qed jerġgħu jibnu darhom u qed jistennew bil-ħerqa li jerġgħu jibdew ħajjithom ġewwa Jasper.
Agħti sehmek
Ingħaqad ma' komunità dinjija li tagħti l-postijiet fejn toqgħod tal-emerġenza lin-nies milquta minn xi kriżi.
Sir af iktarKull żjara għandha storja
Dawn in-nies milquta mid-diżastri u dawk li għenuhom.