In-Nirien f'Appartament fi Squirrel Hill
Airbnb.org qed tagħti postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza bla ħlas lin-nies li kellhom iħallu djarhom minħabba n-nirien f'appartament ġewwa Squirrel Hill, Pittsburgh, PA.Airbnb.org qed tissieħeb ma' PA 211 u United Way of Southwestern Pennsylvania li jagħrfu dawk li l-iktar jeħtiġilhom post fejn joqogħdu ta' emerġenza u jsibulhom post bla ħlas.
Tista' tagħti donazzjoni lil Airbnb.org jekk tixtieq tgħin biex jingħataw postijiet fejn toqgħod bla ħlas lin-nies milquta min-nirien tal-appartment fi Squirrel Hill. Id-donazzjonijiet kollha jintużaw direttament għall-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza.Jekk inti host ta' Airbnb, tista' tirreġistra biex toffri żjarat bi prezzijiet imraħħsa għar-residenti milquta. Għaż-żjarat ta' Airbnb.org, Airbnb la tiġbor tariffa tas-servizz mingħand il-hosts u lanqas mingħand in-nies megħjuna. Il-hosts li jirreġistraw biex jaqsmu darhom fuq Airbnb.org se jgawdu mill-ħarsien mill-ħsara u l-assigurazzjoni mir-responsabbiltà ċivili ta' AirCover għal kull booking.