Tawnessa sabet post fejn toqgħod li jilqa' l-pets wara l-għargħar

Qabel ma l-għargħar ta' Diċembru tal-2025 laqat id-dar ta' Tawnessa u Brian, is-sieħeb tagħha, ġewwa Washington, diġà kienu għaddew minn sitwazzjoni traġika.Fl-2024, inċident bil-karozza wassal biex Tawnessa ssir diżabbli u żviluppat għadd ta' problemi tas-saħħa. Frida u Kaiser, iż-żewġt iklieb tagħha, kienu ta' għajnuna kbira biex tirkupra kemm fiżikament kif ukoll emozzjonalment.Għalhekk, meta fl-10 ta' Diċembru tal-2025 Tawnessa rċeviet twissija li kellha tħalli darha minħabba t-temp u l-għargħar, hija fittxet il-klieb tagħha. Brian kien qed jaħdem barra mill-belt u għalhekk Tawnessa kellha tippakkja l-affarijiet essenzjali tagħhom malajr.Imbagħad qamet il-mistoqsija ta' fejn tista' tmur b'żewġt iklieb kbar?
"Niftakar li kont bilqiegħda fil-karozza u bdejt nibki għax ma kontx naf x'se nagħmlu."

Fi żmien sagħtejn minn meta telqu, id-dar ta' Tawnessa u Brian diġà kienet qed timtela bl-ilma. Tawnessa fittxet post fejn toqgħod ta' emerġenza li jiflaħ lill-familja kollha, inklużi Frida u Kaiser.Tawnessa sabet kenn li kien jaċċetta biss pets fil-gaġeġ, imma kienu jeħtieġu spazju fejn il-klieb ikunu jistgħu jduru liberament biex jgħinuha fil-ħidma ta' kuljum.

Kaiser u Frida, iż-żewġt iklieb ta' Tawnessa u Brian.
"Ma konniex se nħallu l-klieb warajna. Jekk għalhekk kellna norqdu f'karozza, allura ma kienx problema."
U kien imbagħad li Tawnessa sabet Airbnb.org. Tawnessa u Brian ibbukkjaw post fejn toqgħod li ħadu r-ruħ meta raw li kellu biżżejjed spazju għal Frida u Kaiser.

"Kienet xi ħaġa mill-isbaħ li dak il-lejl stajna nistrieħu f'sodda komda u ninħaslu. Li stajna nsajru l-ikla ta' filgħaxija u ma kellniex nieħdu xi fast food, kienet xi ħaġa tal-ġenn."

Għalkemm id-dar ta' Tawnessa u Brian ma baqgħetx adattata biex joqogħdu n-nies fiha, huma sabu fejn jistrieħu f'post ta' Airbnb.org li kien jinsab biss 20 minuta 'l bogħod minn darhom. Dan ifisser li Tawnessa, Brian u l-klieb tagħhom qatt ma kienu 'l bogħod wisq mid-dar.Airbnb.org tat postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza bla ħlas lil 2,300 persuna u 220 pet milquta minn dal-għargħar. Għal Tawnessa u Brian, l-iktar ħaġa importanti hija li Frida u Kaiser setgħu jingħaqdu magħhom.Agħti donazzjoni biex tgħin familji bħal dik ta' Tawnessa, Brian, Frida u Kaiser.
Agħti sehmek
Ingħaqad ma' komunità dinjija ta' nies li jagħtu l-postijiet fejn toqgħod ta' emerġenza lin-nies milquta minn xi kriżi.
Sir af iktarKull żjara għandha storja warajha
Iltaqa' man-nies milquta mid-diżastri u dawk li għenuhom.



