Il-missjoni tagħna hi li nisfruttaw il-potenzjal li hemm fil-fatt li wieħed joffri l-ispazju, ir-riżorsi u l-għajnuna tiegħu lil dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli.
Għal iktar minn 8 snin, Airbnb għenet lin-nies fi żminijiet ta' kriżi grazzi għall-inizjattiva Open Homes. Il-kapitlu li jmiss huwa Airbnb.org. Aħna għaqda mingħajr skop ta' qligħ 501(c)(3) b'missjoni u bord tad-diretturi apposta għalina.

Kif naħdmu.

Sħubija mal-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ

Airbnb.org tagħti għotjiet lil għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ li joffru akkomodazzjoni temporanja, riżorsi u għajnuna speċjalizzata fi żminijiet ta' kriżi. Aħna noffru wkoll aċċess għal akkomodazzjoni mingħajr ħlas jew bi prezz imraħħas, grazzi għall-komunità tal-hosts ta' Airbnb.

Ninvestu fl-ekwità

Aħna nemmnu li għandna nużaw l-influwenza u r-riżorsi tagħna biex nagħmlu d-dinja post iktar ġust. Airbnb.org tinvesti f'għaqdiet bi strateġiji u programmi li jaqblu mal-impenn tagħna li ntejbu l-ekwità fil-komunitajiet.

Nifhmu l-impatt tagħna

L-iskop tagħna huwa li nifhmu aħjar kif il-flus li qed nagħtu u l-programm tal-akkomodazzjoni tagħna qed itejbu l-benesseri psikosoċjali, itaffu l-piżijiet finanzjarji u jsaħħu s-sens ta' komunità u appartenenza tal-klijenti.

Sħubiji u għotjiet

Bħalissa Airbnb.org mhux qed taċċetta talbiet għall-flus. Fl-2021 se naqsmu iktar informazzjoni dwar iċ-ċiklu ta' għotjiet li jmiss direttament mal-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ eliġibbli.

Kif naħdmu ma' Airbnb, Inc.

Airbnb.org hija għaqda mingħajr skop ta' qligħ 501(c)(3) indipendenti u mgħejuna mill-pubbliku. Biex twettaq l-iskop karitatevoli tagħha, Airbnb.org tagħmel użu bla ħlas mit-teknoloġija, mis-servizzi u minn riżorsi oħra ta' Airbnb, Inc. Airbnb.org hija entità separata u indipendenti minn Airbnb, Inc. Airbnb, Inc. ma żżomm l-ebda tariffi għaż-żjarat ibbukkjati fuq il-pjattaforma tagħha permezz ta' Airbnb.org.

Il-programm Open Homes tnieda minn Airbnb wara li ġiet ispirata mill-ġenerożità tal-hosts ta' Airbnb bl-iskop li jgħin lin-nies fil-bżonn isibu akkomodazzjoni temporanja. Il-programm Open Homes qed jinbidel għal Airbnb.org u Airbnb.org se tkompli tibni b'mod konsistenti fuq il-ħidma tal-programm skont l-għan u l-missjoni karitatevoli ta' Airbnb.org.