Għinna nsibu post fejn jistgħu joqogħdu 100,000 refuġjat mill-Ukrajna
Offri postijiet fejn toqgħod bla ħlas jew bi prezz imraħħas permezz ta' Airbnb.org jew agħtina donazzjoni biex tgħinna ngħinu iktar nies.
L-għajnuna tiegħek tagħmel differenza
Airbnb.org qed tagħmel tajjeb għal akkomodazzjoni temporanja għal 100,000 persuna li qed iħallu l-Ukrajna. Aħna ngħinu lir-refuġjati kollha, ikunu xi jkunu n-nazzjonalità, ir-razza, l-etniċità jew il-ġeneru tagħhom.
Tista' tgħin billi toffri post fejn toqgħod bla ħlas jew bi prezz imraħħas permezz ta' Airbnb.org jew billi tagħti donazzjoni biex tagħmel tajjeb għal daż-żjarat.
Offri post fejn toqgħod
Ibda ilqa' n-nies bla ħlas jew bi prezz imraħħas.
Kif tilqa' n-nies
- Nitolbuk toffri sodda komda u l-kumditajiet bażiċi għal żjarat ta' bejn ftit jiem sa żjarat ta' ftit ġimgħat. Sir af iktar dwar kif tilqa' r-refuġjati
- Airbnb.org imsieħba ma' għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ li, bħala parti mill-ħidma tagħhom, jiċċekkjaw l-eliġibbiltà tar-refuġjati u jgħinuhom qabel, waqt u wara ż-żjarat tagħhom.
- Airbnb toffri AirCover lill-Hosts: $1 miljun USD f'assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili, $3 mijun USD f'ħarsien kontra l-ħsara u iktar—bla ħlas għall-Hosts. Hemm ċerti limitazzjonijiet u esklużjonijiet.
Agħti donazzjoni
Kull donazzjoni tgħinna noffru post fejn toqgħod ta' emerġenza għal dawk li qed jaħarbu mill-Ukrajna u għal nies milquta minn xi kriżi oħra.
Kif jaħdmu d-donazzjonijiet
- 100% tad-donazzjoni tiegħek se tintuża biex tinstab akkomodazzjoni għal żmien qasir għan-nies fil-bżonn.
- Iż-żjarat għan-nies fil-bżonn li jagħmlu parti mill-programm tagħna huma kollha bla ħlas.
- Id-donazzjonijiet jistgħu jitnaqqsu mit-taxxa sal-limiti tal-liġijiet fiskali tal-post fejn tinsab.
Teħtieġ l-għajnuna?
Bħalissa ma nistgħux noffru l-postijiet fejn toqgħod lir-refuġjati direttament. Airbnb.org imsieħba ma' għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ li jieħdu ħsieb jibbukkjaw u jorganizzaw iż-żjarat għal dar-refuġjati.
X'jagħmlu l-imsieħba mingħajr skop ta' qligħ tagħna
L-imsieħba mingħajr skop ta' qligħ tagħna li qed jgħinuna nilqgħu lir-refuġjati. Dal-għaqdiet jgħinu lin-nies fil-bżonn isibu post fejn joqogħdu u ħafna iktar. It-talbiet għas-sħubija mingħand l-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ jitqiesu biss jekk dawn ikunu ġew mistiedna jressqu t-talba tagħhom.
X'tagħmel Airbnb.org
Airbnb.org toffri t-teknoloġija tagħha flimkien ma' għotjiet biex ngħinu lill-imsieħba mingħajr skop ta' qligħ tagħna li qed isibu postijiet temporanji fejn jistgħu joqogħdu n-nies li qed jgħinu.
Kif Airbnb tagħti sehemha
Tgħin lill-Hosts
Airbnb toffri AirCover lill-Hosts: $1 miljun USD f'assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili, $3 mijun USD f'ħarsien kontra l-ħsara u iktar—bla ħlas għall-Hosts. Hemm ċerti limitazzjonijiet u esklużjonijiet.
Kif niġbru l-fondi għall-postijiet fejn toqgħod
Airbnb u d-donaturi qed jagħtu l-fondi biex jagħmlu tajjeb għaż-żjarat ta' 100,000 refuġjat li kellhom iħallu l-Ukrajna.
Tneħħi t-tariffi
Airbnb mhux qed tiġbor it-tariffi mingħand il-Hosts u l-persuni li jużaw iż-żjarat maħsuba għar-refuġjati ta' Airbnb.org.